Gheziez Huti f’San Frangisk,
F’dawn l-ahhar tlett xhur, ahna tas-65+, ir-responsabbilta talbitna biex noqghodu gewwa. Nahseb xi ftit lkoll ghamilna d-dwejjaq minhabba li ma stajniex nohorgu u naqdu l-affarijiet taghna. B’hekk ir-rutina li konna mdorrijien biha tharbtet u spiccajna niddependu kollox fuq haddiehor. Kien hemm drabi wkoll li bdejna naqtghu qalbna ghax konna ghad ma nafux meta se nergghu nirritornaw ghan-normal ta’ qabel. Dawk li huma ta’ eta izghar ukoll kellhom id-diffikultajiet taghhom biex jaddottaw irwiehom ghac-cirkostanzi l-godda.
Din l-esperjenza zgur li m’ahniex se ninsewha bit-taqlib li gabitilna f’hajjitna. Izda dan iz-zmien m’ghandux ikun meqjus bhala zmien mitluf. Papa Frangisku jispjega li ahna naghtu glorja lil Alla mhux biss meta mmorru l-Knisja, nisimghu l-Quddies jew billi nsegwu t-taghlim tal-Knisja. L-ewwel mezz biex nigglorifikaw lil Alla huwa principalment bir-relazzjoni personali taghna Mieghu. Il-kriterju ahhari fuq x’hiex dik ir-relazzjoni se tigi ggudikata hu proprju x’ghamilna lil haddiehor. Fl-Enciklika ‘Gaudete et Exsultate’ Papa Frangisku jispjega li l-qima taghna tkun toghgob lil Alla meta ahna niddedikaw lilna nfusna billi nghixu b’mod generuz u b’dedikazzjoni. Id-don li jaghtina Alla fit-talb ghandu jissarraf f’li nahsbu f’xulxin u li jkun jimpurtana minn haddiehor. L-Iskrittura tghid li jekk ma naghmlux hekk it-talb taghna jkun biss hoss. San Tumas t’Aquinas, Duttur tal-Knisja, ukoll jghallimna li l-ghemejjel ta’ hniena lejn il-proxxmu huma aktar nobbli mill-atti ta’ qima. Ahna nqimu u naduraw lil Alla mhux ghal beneficcju t’Alla ghax Alla m’ghandux bzonn is-sagrificcji taghna. Naduraw lil Alla biex ahna nqajmu d-devozzjoni u l-azzjoni taghna f’isem il-proxxmu taghna. Il-Kristjanita hija mahsuba biex tkun ipprattikata, mhux sempliciment biex nattendu l-Knisja nhar ta’ Hadd.
Nistaqsi jien, allura ahna fil-limitazzjonijiet li bhalissa ninsabu fihom, kif nistghu nghixu l-fidi taghna fil-prattika? Imqar jekk naghmlu telefonata partikolarment lil dawk li jghixu wahidhom, nippruvaw inkunu ta’ wens ghalihom u nqawwulhom qalbhom b’kelma ta’ farag u ta’ kuragg; billi niehdu pacenzja l-aktar ma’ dawk li nghixu maghhom fid-dar u naghtu s-sehem u l-ghajnuna taghna fil-hwejjeg ta’ kuljum. Dawn ma jirrikjedux hwejjeg kbar, izda li nkunu izjed sensittivi ghal xulxin.
Dan hu zmien ukoll li ghandna nirriflettu fuq il-gid kbir li Alla ghamel maghna. Napprezzaw u nirringrazzjaw lil Mulej ta’ dak kollu li tana, ta’ l-ezistenza stess taghna, ta’ dak kollu li jien, tal-holqien kollu u s-sbuhija ta’ madwarna li tant kien ifahhar San Frangisk missierna. Rakkont li ghadni kif qrajt hu ta’ ragel Taljan ta’ 93 sena li fieq mill-Covid-19. Qabel hareg mill-isptar talbuh ihallas €5,000 talli uza l-ventilator ghal gurnata. Dan qabad jibki u t-tabib qallu li m’ghandux johodha daqshekk bi kbira. Ir-ragel irrispondih: “Jien m’hiniex qed nibki ghax irrid inhallas, ghax flus ghandi. Qed nibki ghax jien ili niehu n-nifs li taghni l-Mulej ghal 93 sena u qatt ma hallast sold ghalih, izda biex uzajt il-ventilator ghal gurnata wahda fl-isptar irrid inhallas €5,000. Issa qed nifhem kemm jien midjun mal-Mulej. Qatt ma rringrazzjajtu ta’ dan kollu.” U vera kaz… Il-Hallieq li halaqna pprovdilna dak kollu li jinhtiegilna ghall-ghejxin taghna, holqinna ambjent meraviljuz li wiehed ma jistax jiddiskrivi l-gmiel tieghu… u dan kollu huwa b’xejn, bla hlas!
Kemm int kbir, O Alla. M’ghandniex kliem biex nirringrazzjawk hlief li fic-cokon u l-faqar taghna nghidulek GRAZZI kbira mill-qalb. U ahfrilna ghal meta m’apprezzajniex il-hajja u ma bzajniex bizzejjed ghall-ambjent li Int selliftna.
Cecilia, OFS
0 Comments