Posts from 2017

111120 of 196 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 04 TA’ GUNJU, 2017

by Administrator

L-Erbgħa: Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn Patri Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina. Il-Ġimgħa : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm se ssir il-prova tal-Ewwel Tqarbina. Fis-7.30pm fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann se jsir kunċert mill-Kor tal-Kappella Sistina. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard. Il-Ħadd li ġej (11 […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 28 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

It-Tlieta: Fis-7.30pm se nitolbu flimkien ir-Rużarju fil-kantuniera bejn Triq San Alfons u Triq is-Salvatur. Inħeġġu b’mod speċjali r-residenti ta’ dawn l-inhawi biex jattendu. L-Erbgħa : Fl-aħħar tal-Quddiesa tad-9.00am se jitbierku l-fdalijiet ta’ P. Egidju Ferriggi O.F.M. (1911-2000), li kien Kappillan tal-Parroċċa tagħna fi żmien il-gwerra. Dawn inġabu mill-Awstralja biex ikunu jistgħu jindifnu fil-kappella tal-Provinċja tagħna, […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 21 TA’ MEJJU, 2017

by Administrator

Mit-Tnejn sal-Ħamis li ġej aħna l-Patrijiet Franġiskani se niċċelebraw l-Kapitlu Provinċjali. Nistiednukom biex tinqgħadu magħna fit-talb halli ngħarfu wkoll illum inkunu messaġġiera tal-Mulej. It-Tlieta : Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq Santa Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fit-Triq Sant’Agata. L-Erbgħa : Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa […]