L-Erbgħa: Inkomplu l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn Patri Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Fr Alex Borg OFMIl-Ħamis: Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : Wara l-Quddiesa tas-6.30pm se ssir il-prova tal-Ewwel Tqarbina. Fis-7.30pm fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann se jsir kunċert mill-Kor tal-Kappella Sistina.

Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.

Il-Ħadd li ġej (11 ta’ Ġunju ) fil-Quddiesa tad-9.30am 8 tit-tfal se jgħamlu l-Ewwel Tqarbina. Nitolbu għalihom u nawgurawlhom.

……………………………………..
Matul ix-xahar ta’ Ġunju, fil-Parroċċa tal-Balluta, se tkun esposta kopja awtentika tal-Liżar ta’ Kristu. Nhar l-Erbgħa, waqt il-Quddiesa tas-6.30pm, se jintwera vidjo dwar din il-kopja tal-liżar u ż-żjara tagħha f’Malta. Wara se jkun hemm ħin ta’ adorazzjoni libera sal-10.00pm. Min jista’, huwa mħeġġeġ jieħu l-okkażjoni biex jżur din il-kopja u jitlob quddiemha.
……………………………………..

Intom u ħerġien mill-knisja tistgħu tieħdu magħkom ir-rivista Flimkien ta’ Ġunju.
……………………………………..

Attivitajiet b’risq il-festa

Dawk li s-soltu jqassmu l-envelops jistgħu jidħlu fis-sagristija, fejn hemm l-envelops tat-toroq rispettivi tagħhom. Dawn għandhom jitqassmu matul il-ġimgħa li ġejja għaliex il-ġimgħa ta’ wara jibda jitqassam il-ktieb.

Minħabba li din is-sena l-ktieb tal-festa ħareġ ġimgħa tard, napprezzaw jekk jkun hemm min jgħen fil-ġbir tat-triq tiegħu. Fit-13 ta’ Ġunju fl-10.00am ser jsir coffee morning fis-sala tal-Każin b’risq il-festa.