Stedina Dimostrazzjoni tal-Bambin
Parroċċa Franġiskana, Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema
Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016
Tistgħu tipparteċipaw fil-quddiesa tad-9.30am, jew tal-11.00am.
Il-Purċissjoni tibda fl-10.15am, Toħroġ mill-Knisja u tgħaddi mit-toroq San Trofimu, San Ġwann Battista, Karmnu, Leone, Falzon, Sant’Elena, San Karlu, is-Salvatur, Sant’Alfons, Rudolfu, San Trofimu u terġa tidħol il-Knisja.
Wara l-Purċissjoni tingħata tifkira lit-tfal kollha.
Il-Kummissjoni Djakonija Tfal qed torganizza din id-dimostrazzjoni fit-toroq tal-Parroċċa bħala turija ta’ fidi fit-tarbija ta’ Bethlehem, fidi li wrieha Missierna San Franġisk fi Greccio u reġa ġeddidha fina l-Maltin il-Qaddis San Ġorġ Preca fil-ħeġġa u qima lejn l-Iben ta’ Alla li sar bniedem.
0 Comments