Il-Kelma t’Alla tiftħilna għajnejna
1. It-Tnejn 15 ta’ Awwissu : Festa ta’ Santa Marija. Il-Ħin tal-Quddies ikun bħal dak tal-Ħdud. Il-Ħadd lejliet il-Festa ma’ jkunx hawn il-Quddiesa tal-5.00pm.
2. It-Tlieta 16 ta’ Awwissu : 7.00pm se ssir laqgħa importanti għall-Katekisti kollha tal-Parroċċa fl-Uffiċċju Parrokkjali.
F’din il-laqgħa tiġi mfassla l-ħidma Kateketika mat-Tfal tal-Parroċċa għas-sena 2022 – 2023.
3. It-Tnejn 5 ta’ Settembru : 6.00pm Fil-Knisja ta’ San Franġisk fl-Għoti tal-Pjagi, il-Ħamrun, tlett Żgħażagħ, Darren Abela, Christopher Bilocca u Andre Bonaci, se jilbsu l-Libsa Franġiskana minn idejn il-Provinċjal P. Twanny Chircop ofm u jibew in-Novizzjat. Nawgurawlhom u nżommuhom fit-talb tagħna.
4. Il-Fannijiet tal-Knisja : Jekk jogħġobkom tmissuhomx u twaqqfhomx fuqkom biex igawdi kulħadd minnhom.
Ħsara ssir fuqhom meta jintmessu minn ħafna jdejn.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.