Is-Semplicita
Wahda mill-isbah virtujiet fil-hajja hija dik tas-semplicita. Hieni l-bniedem li jghix hajja semplici fil-ferh tal-Evangelju.
Il-bniedem semplici m’ghandu l-ebda pretensjoni. Ma jfittix l-unuri u l-poter, zghir kemm hu zghir. Ma jfittix it-tifhir, il-grazzi, l-apprezzament. Kuntent bih innifsu u ma jghir ghal hadd. Ma jqisx lilu nnifsu ahjar minn ohrajn. Jaf izomm postu u jaghraf il-limitazzjonijiet tieghu.
Ma jhares bl-ikrah lejn hadd u jsellem lil kulhadd. Ma jiggudikax u jhobb lil proxxmu tieghu. Ma jemminx f’kuluri u f’distinzjonijiet. Pront biex jahfer u jaghder lil kulhadd, anki lil dawk li jaghmlulu hajtu difficli. Mhux kburi b’dak li jaghmel jew bil-kwalitajiet sbieh li jkollu anki jekk ikollu talenti mhux komuni. Jaccetta dak kollu li taf toffri l-hajja, b’rassenjazzjoni kbira u marbut dejjem mal-volonta t’Alla.
Il-bniedem semplici ma jieqaf qatt ifahhar u jirringrazzja lil-Mulej ghal dak kollu l-Providenza Divina tipprovdilu u kuntent bil-hobza ta’ kuljum ghax il-fiducja tieghu hija biss fil-Mulej. Ferhan ghax jaf jikkontrolla l-emozzjonijiet tieghu. It-tbissima tieghu fuq fommu ddakkar lil min hu mtaqqal bit-toqol tal-hajja.
B’rizultat ta’ dan kollu, jghix hajja hienja ta’ paci u sliem. Dejjem ferhan u bi tbissima anki meta l-hajja ddewqu l-imrar taghha.
Fomm il-bniedem semplici huwa sieket u l-azzjonijiet tieghu m’ghandhom l-ebda dell ta’ agendi mohbija. Jifrah ma min hu ferhan u jibki ma’ min qed jibki. Il-kobor tieghu huwa fic-cokon tieghu u l-gherf tieghu huwa fis-semplicita tal-hajja tieghu. Mhux ta’ b’xejn, bniedem semplici huwa mahbub minn kulhadd.
Min hu midhla tal-hajjiet tal-qaddisin jaf ben tajjeb li l-virtu tas-semplicita kienet il-karatteristika ewlenija fil-hajja taghhom. Gharfu x-xejn taghhom u d-dipendenza assoluta taghhom fil-Mulej. L-antenati taghna kienu jghixu hajja mill-aktar semplici. Illum, sirna bravi hafna u warrabna l-valur tas-semplicita mill-hajja taghna.
Is-sempliċità, bħal djamant, fiha ħafna faċċati. Is-sempliċità hi l-kontra li, minn barra, wieħed juri ħaġa waqt li f’qalbu hemm ħaġa oħra. Bis-sempliċità nħarsu lilna nfusna mill-ingann, u hu f’dan is-sens li hi virtù ta’ verità.
“Meta xi ħadd se jagħżel stat ta’ ħajja, skond San Injazju ta’ Loyola, għandu l-ewwel jinża’ minn kull inklinazzjoni tiegħu, u jqiegħed lilu nnifsu ġenerożament f’idejn Alla, lest għal kull ħaġa li qed isejjaħlu għaliha. “
San Franġisk de Sales (1567-1622) jagħti definizzjoni tas-sempliċità u jqabbilha ma’ kif jaġixxu t-tfal:
“Is-sempliċità mhi xejn ħlief att ta’ karità pura u sempliċi, li għandha għan wieħed, dak li tikseb l-imħabba ta’ Alla. Ir-ruħ tagħna tkun tassew sempliċi meta f’dak kollu li nagħmlu ma jkollna l-ebda għan ieħor għajr dan. Il-vera sempliċità hi dik tat-tfal, li jaħsbu, jitkellmu u jaġixxu b’ferħ u bla makakkerija. Jemmnu dak kollu li jgħidulhom; ma jikkonfondux dwarhom infushom, l-aktar meta jkunu mal-ġenituri. Jiggranfaw magħhom, mingħajr ma jfittxu sodisfazzjoni jew konsolazzjoni għax ċerti li dak li jixtiequ se jingħatalhom, u jgawduh b’sempliċità, bla kurżità dwar il-kawżi u l-effetti tiegħu.”
Mhux ta’ b’xejn l-Imghallem Divin qalilna li jekk ma nsirux bhat-tfal iz-zghar, ma nidhlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Missierna San Frangisk huwa xempju haj ta’ bniedem semplici. Warrab kollox fil-hajja tieghu u nezza lilu nnifsu minn kull frugha. L-ispirtu ta’ faqar Frangiskan jghina nghixu hajja semplici, marbutin biss mar-Rieda ta’ Alla.
Nawgura lil kulhadd, hajja semplici ta’ paci u sliem.
Peter ofs
0 Comments