Jien Nisrani ta’ l-Isem?
1. L-Għaqda Volontarja : “Il-Ħbieb tas-Santwarju”, s’issa daħlet is-somma ta’ €2,585 ewro. Nefqet €40 euro. Bilanċ ta’ €2,545 ewro. L-Għaqda tapprezza kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira.
Għal aktar informazzjoni ċemplu lit-Teżorier, Peter Darmanin fuq in-numru : 9976 2775.
2. It-Tnejn 5 ta’ Settembru : 6.00pm Fil-Knisja ta’ San Franġisk fl-Għoti tal-Pjagi, il-Ħamrun, tlett Żgħażagħ, Darren Abela, Christopher Bilocca u Andre Bonaci, se jilbsu l-Libsa Franġiskana minn idejn il-Provinċjal P. Twanny Chircop ofm u jibew in-Novizzjat. Nawgurawlhom u nżommuhom fit-talb tagħna.
3. Dun Anton Portelli l-Arċipriet ta’ Stella Maris :
Għadu kemm temm iż-żmien tiegħu bħala Arċipriet.
Nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu fil-5.30pm se Jqaddes l-aħħar Quddiesa tiegħu ġo Stella Maris bħala ringrazzjament lil Alla.
Il-Komunita’ Parrokkjali tas-Santwarju tal-Madonna tas-Sacro Cuor tingħaqad miegħu f’Innu ta’ Radd il-Ħajr lil Alla.
U nawgurawlu l-ħidma t-tajba fejn ser ikun jaħdem.
Nitolbu għalih.
4. Il-Kunsill Lokali tas-Sliema jħabbar :
Li se ssir kompetizzjoni għat-Tfal bejn it-8 snin u 12 il-sena.
Ikteb poeżija fuq l-ISQAQ u ħuduha magħkom waqt l-attivita’ SQAQIEN li se ssir nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru mis-7pm ‘il quddiem, fi Sqaq Sajjan, tas-Sliema.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments