1. Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu : FESTA TA’ STELLA MARIS.

Nawguraw minn qalbna l-Festa t-tajba lil Arċipriet Dun Anton Portelli, il-Kleru u l-Komunita’.

2. Il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu : 7.00pm LAQGĦA mportanti għall-KATEKISTI, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.

3. REĠISTRAZZJONI GĦALL-KLASSIJIET TAL-KATEKIŻMU : Sena 2019 – 2020.
Ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
• Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu : 6.00pm – 8.00pm.
• Il-Ħadd 1 ta’ Settembru : 10.30am – 12.00pm.
Importanti :
• Li t-Tfal kollha jiġu Reġistrati. Anke dawk li attendew il-Katekiżmu fil-Parroċċa tagħna.
• Li l-Ġenituri jġibu magħhom il-Karta tal-Identita’.
• Li jkollna l-Firem taż-Żewġ Ġenituri.
• Tfal li ser jinkitbu għall-ewwel darba u li m’humiex mgħammda fil-Parroċċa tagħna, irid ikollna Ċertifikat tal-Magħmudija mill-Parroċċa fejn tgħammdu.

4. Il-Ħadd 1 ta’ Settembru – 4 ta’ Ottubru : XAHAR DEDIKAT LIL ĦOLQIEN. Kull Parroċċa għandha tara li ittejjeb l-Ambjent tagħha.

5. Il-Ħamis 12 ta’ Settembru : JUM DINJI TAL-ANZJANI 2019. 10.00am se ssir Quddiesa fis-Santwarju Bażilika tal-Assunta, il-Mosta. L-Anzjani huma mistiedna.

6. Il-Kummissjoni Festa :
Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu : 8.30pm BBQ fil-bitħa tal-kunvent. Prezz €15 li jinkludi ikel u xorb. Tfal taħt it-12 il sena b’xejn.
18 – 21 ta’ Ottubru : Sqallija. Prezz jinkludi ikel u excursions kollha. Il-Programm jinsab man-Notice Boards. Fadal xi 7 ppostijiet.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.