“Il-Bieb tal-Ġenna hu dejjaq. Imma Qalb il-Mulej hi wiesa!”

1. Reġistrazzjoni għall-Klassijiet tal-Katekiżmu : Sena 2019 – 2020.
Ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
• Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu : 6.00pm – 8.00pm.
• Il-Ħadd 1 ta’ Settembru : 10.30am – 12.00pm.
Importanti :
• Li t-Tfal kollha jiġu Reġistrati. Anke dawk li attendew il-Katekiżmu fil-Parroċċa tagħna.
• Li l-Ġenituri jġibu magħhom il-Karta tal-Identita’.
• Li jkollna l-Firem taż-Żewġ Ġenituri.
• Tfal li ser jinkitbu għall-ewwel darba u li m’humiex mgħammda fil-Parroċċa tagħna, irid ikollna Ċertifikat tal-Magħmudija mill-Parroċċa fejn tgħammdu.

2. Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu : 7.00pm Quddiesa Pontifikali fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, immexxija minn Mons Ġiovanni Cefai MSSP, Isqof ġdid fil-Peru’. Nawgurawlu u Nitolbu għalih u għal missjoni tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.

3. Il-Ħadd 1 ta’ Settembru : Festa tal-Papa San Girgor. Nawguraw lil Kappillan Dun Victor u l-parruċċani kollha ta’ San Girgor.

4. Is-Sibt 21 ta’ Settembru : 7.30pm L-Abbatini ser jorganizzaw ‘Pasta Night’ fil-Bitħa tal-Każin Sliema bħala ‘fundraising’ għalihom. Ikun hemm 3 tipi ta’ għaġin, deżerta u softdrinks. Biljetti mingħand Daniel Busuttil, Marianne Bonaci u Margaret Cini mill-Bookshop tal-Knisja. Bil-parteċipazzjoni nkunu qed ninkoraġġixxu l-abbatini.

5. Rivista ‘FLIMKIEN’ : Li hi Rivista uffiċċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tibda titqassam bieb bieb fil-Parroċċa tagħna wkoll kif isiru f’Parroċċi oħra. Se nibdew minn Settembru. Il-Basktijiet bir-Rivisti jinsabu fis-Sagristija biex jitqassmu ġentilment minn dawk inkarigati. Grazzi lil Fra Lorrie għal ‘Insert’ li hemm fin-nofs bl-informazzjoni utli tal-Parroċċa.

6. Il-Kummissjoni Festa :
Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu : 8.30pm BBQ fil-bitħa tal-kunvent. Prezz €15 li jinkludi ikel u xorb. Tfal taħt it-12 il sena b’xejn.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.