1. Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu : Sena 2019 – 2020 fl-Uffiċċju Parrokkjali.


Il-Ħadd 1 ta’ Settembru : 10.30am – 12.00pm. Importanti :
• Li t-Tfal kollha, inklużi tas-sena l-oħra jiġu Reġistrati.
• Li l-Ġenituri jġibu magħhom il-Karta tal-Identita’ u jkollna l-Firem tagħhom.
• Tfal li ser jinkitbu għall-ewwel darba u li m’humiex mgħammda fil-Parroċċa tagħna,irid ikollna Ċertifikat tal-Magħmudija mill-Parroċċa fejn tgħammdu.

2. Il-Ħadd 1 ta’ Settembru : Festa tal-Papa San Girgor. Nawguraw lil Kappillan Dun Victor u l-parruċċani kollha ta’ San Girgor.

3. It-Tnejn 2 ta’ Settembru : 7.00pm Laqgħa tal-‘Ushers’ fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

4. L-Erbgħa 4 ta’ Settembru : 7.00pm Il-Kor Parrokkjali jerġgħu jibdew jiltaqgħu għal provi tal-kant. Nitolbu lis-Sultana Tagħna biex tipprovdielna membri ġodda.

5. Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet noħorġu għal Qrar u t-Tqarbin fid-djar tal-morda u tal-anzjani.
7.30pm Laqgħa fil-Knisja għal Ġenituri tal-Katekiżmu.

6. Is-Sibt 21 ta’ Settembru : 7.30pm L-Abbatini ser jorganizzaw ‘Pasta Night’ fil-Bitħa tal-Każin bħala ‘fundraising’ għalihom. Ikun hemm 3 tipi ta’ għaġin, deżerta u softdrinks. Biljetti mingħand Daniel Busuttil, Marianne Bonaci u Margaret Cini mill-Bookshop.

7. Rivista ‘FLIMKIEN’ : Fadal xi toroq li għad iridu jitqassmu. Ġentilment nitolbu lil min iqassamhom biex jiġborhom mis-Sagristija.

8. Id-Djarju tal-Quddies għas-sena 2020 : Jinsab fis-Sagristija għal min jixtieq jibbukkja l-Quddies b’sufraġju għall-mejtin. Ibbukkjaw mas-Saċerdot li jkun hemm fis-Sagristija.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.