1. Il-Ġabra Speċjali tal-Weekend li għadda : Kienet €538.19
Nirringrazzjawkom.
2. Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju : 9.30am Il-Kandidati tal-Griżma tal-Isqof jagħmlu t-Talba
biex jiġu milqugħa għal dan is-Sagrament. Wara ssir il-Purċissjoni għat-Tfal bl-
Istatwa ta’ Sant’Antnin mill-Knisja saċ-Ċentru. U jkollhom ‘party’ u logħob.
3. Din il-ġimgħa : Jitkompla t-Tberik fi Triq ix-Xatt.
4. It-Tnejn 10 ta’ Ġunju : 9.30am Laqgħa tal-Fratellanza tas-Smu Sagrament
fejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
5. L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju : 5.45pm Inkomplu bl-Erbgħat tal-Madonna.
7.00pm L-OFS jiltaqa’ fis-Sala ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan għat-Taħdita minn Peter Darmanin bis-suġġett “Agħtuhom xi ħaġa intom”. Kulħadd mistieden.
6. Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju : Niċċelebraw il-Festa ta’ Sant Antnin ta’ Padova.
Waqt il-Quddies kollu jsir it-Tberik u t-Tqassim tal-Ħobż ta’ Sant Antnin.
7.15pm Il-Kappillan jiltaqa’ mal-K.P.P.
7. Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju : 7.00pm Qrar u Prova taċ-Ċerimonja tal-1 Tqarbina.
Jattendu l-Ġenituri u t-Tfal.
8. Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju : 9.30am L-Ewwel Tqarbina.
Il-Quddiesa tal-11.00am dak in-nhar issir fil-11.30am minħabba l-Ewwel Tqarbina.
9. L-Erbgħa 19 ta’ Ġunju : 7.30pm Laqgħa Ġenerali tal-Fratellanza tal-Madonna
tas-Sacro Cuor għal Fratelli u l-Konsorelli kollha. Issir fiċ-Ċentru Sant Antnin.
10. Kummissjoni Festa tavża :
 Is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju : 8.00am – 8.00pm Bazaar il-Każin Banda
Sliema.
 Envelops tal-Arbural tal-Festa fis-Sagristija biex Jitqassmu fid-djar mill-
Helpers.
 Il-Ktieb tal-Festa 2019 jibda Jitqassam matul din il-ġimgħa.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.