Tlugħ il-Mulej fis-Sema / 2019

1. Il-Ġabra tal-Festa l-ġimgħa l-oħra : Kienet €552.00

2. Messaġġiera tal-Mulej :
• Dawk li m’attendewx il-laqgħa napprezza jekk jikkuntattjaw lill-Kappillan.

3. Din il-ġimgħa : Jitkompla t-Tberik fi Triq ix-Xatt.

4. It-Tnejn 3 ta’ Ġunju : 7.00pm Laqgħa tal-Ushers fejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

5. It-Tlieta 4 ta’ Ġunju :
• 7.00pm L-OFS jiltaqa’ għat-Taħdita minn Pauline Darmanin bis-suġġett “Agħmlu dan, b’tifkira tiegħi”. Kulħadd mistieden.

6. L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju : 5.45pm Inkomplu bl-Erbgħat tal-Madonna.

7. Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju : Photo Hunt għat-Tfal u l-Adoloxxenti.
• 9.00am Quddies. 9.30am Photo Hunt. Timtela’ l-‘consent form’ tal-ġenituri. Għal aktar informazzjoni rrikorru għand is-Sur Tony Terribile jew l-Abbatini.
• Tqarbin tal-Morda u l-Anzjani fid-Djar mill-Patrijiet. 7.00pm Adorazzjoni komunitarja.

8. Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju : 9.30am Il-Kandidati li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof f’Novembru, jagħmlu t-Talba biex jiġu milqugħa għal dan is-Sagrament. Wara ssir il-Purċissjoni għat-Tfal bl-Istatwa ta’ Sant’Antnin mill-Knisja saċ-Ċentru. U jkollhom ‘party’ u logħob.

9. Kummissjoni Festa tavża :
• Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju : 4pm Maratona ta’ Liedna tal-Festa fil-Maħżen. Ikun hemm ukoll ‘Italian Night’ fil-Bitħa tal-Kunvent. Prezz €12.
• Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju : Festa Publika. 10.00am Bingo English Breakfast il-Każin. Prezz €13. Jinkludi ikel u l-ktieb tal-bingo.
• Is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta’ Ġunju : 8.00am – 8.00pm Bazaar il-Każin Banda Sliema.
• Envelops tal-Arbural tal-Festa fis-Sagristija biex Jitqassmu fid-djar mill-Helpers :
• Il-Ktieb tal-Festa jibda Jitqassam mit-Tnejn 10 ta’ Ġunju u Jinġabar l-envelope bid-Donazzjoni.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan –

Mob: 7953 7719.