1. Din il-Ġimgħa l-Uffiċċju jkun magħluq :
Il-Kappillan ikun Irtir Għawdex.
2. Il-Ġabra Speċjali : Kienet €551.29. Nirringrazzjawkom.
3. Il-Ħadd 12 ta’ Frar : 11.00am Quddiesa ta’ Ringrazzjament li fiha l-Ushers jiċċelebraw Jum l-Ushers u jaħbat l-40 Anniversarju tal-Għaqda. Nirringrazzjawhom ta’ dan is-servizz.
4. It-Tlieta 14 ta’ Frar : 6.30pm Laqgħa tal-OFS ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Taħdita minn Pauline Darmanin bis-suġġett “Alla hu mħabba”. Kulħadd mistieden.
5. L-Erbgħa 15 ta’ Frar : Il-Grupp tal-Anzjani għandhom il-ħarġa għall-Gillieru Restaurant San Pawl il-Baħar. 8.30am jinġabru s-Savoy Bus Stop. Prezz €15. Ibbukkjaw ma’ Emma 9903 4410 jew Veronica 9925 9572.
6. Is-Sibt 18 ta’ Frar : 5.00pm sat-8.30pm Laqgħa tal-Vokazzjonijiet għat-Tfal u Adoloxxenti Subien ma’ Fra Lorrie.
Se ssir fil-Kunvent tagħna tas-Sacro Cuor.
7. Il-Fondazzjoni tappella biex fit-Testment tagħkom : Wara li taħsbu f’ruħkom u fil-familjari tagħkom tkunu ġenerużi billi tħallu xi legat b’risq is-Santwarju. Il-ġenerożita’ tagħkom tkun apprezzata ħafna.
8. Ġbir għat-Turkija u s-Sirja : Caritas Malta tappella għal-donazzjonijiet ta’ FLUS. Jingħataw lill-Kappillan biex jgħaddihom lil Caritas Malta.
Filwaqt li l-Fondazzjoni Opri Soċjali qed tiġbor : Ikel f’bottijiet u pakketti magħluqin, prodotti sanitarji, tined, saqqijiet tat-tined, sleeping bags, torches, batteriji u power banks.
Dawn teħduhom direttament fiċ-Ċentri tal-Parroċċi tal-Iklin, il-Qawra, Ħal Għaxaq, Birżebbuga, il-Gżira u l-Mosta bejn l-10am u l-4pm.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719.