1. Il-Ġabra li saret għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja : Kienet €1490.44.
2. It-Tnejn 20 ta’ Frar : Btala tal-Karnival. Ma jkunx hemm lezzjoni tal-Katekiżmu għat-Tfal tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet sena.
3. It-Tlieta 21 ta’ Frar : 4.30pm Laqgħa tal-Grupp ta’ San Pio ta’ Pietrelcina fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris.
6.30pm Laqgħa tal-OFS ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Taħdita minn Patri Stephen Magro ofm bis-suġġett “Daħla għar-Randan”. Kulħadd mistieden.
4. L-Erbgħa 22 ta’ Frar : L-Erbgħa tal-Irmied. Jum ta’ Sawm u Astinenza. Nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Fil-quddies kollu nroxxu l-Irmied fuq rasna b’turija ta’ penitenza.
5. Fir-Randan ser ikollna 2 Korsijiet ta’ Eżerċizzi Spiritwali. Wieħed se jkun bejn it-Tnejn 6 u l-Ġimgħa 10 ta’ Marzu waqt il-Quddiesa tad-9.00am. Jippriedka Patri Martin Coleiro ofm.
It-tieni kors se jkun bejn it-Tnejn 27 u l-Ħamis 30 ta’ Marzu waqt il-Quddiesa tas-6.30pm. Jippriedka Fra Lorrie Zerafa ofm li se jibbaża fuq postijiet sagri fil-Palestina.
6. Is-Sibt 25 ta’ Frar : Jiġi fit-tmiemu l-Kors ta’ Kana. Nofs ta’ nhar flimkien mall-ġenituri tagħhom u jingħata Ċertifikat fit-tmiem tal-quddiesa.
7. L-Erbgħa 1 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa fil-Knisja għall-Animaturi u l-Letturi kollha. Min jixtieq jibda’ jagħti dan is-servizz huwa mitlub jattendi wkoll.
8. Il-Fondazzjoni tappella biex fit-Testment tagħkom : Wara li taħsbu f’ruħkom u fil-familjari tagħkom tkunu ġenerużi billi tħallu xi legat b’risq is-Santwarju. Il-ġenerożita’ tagħkom tkun apprezzata ħafna.
9. Nirringrazzja lil dawk kollha : Li minn żmien għall-ieħor għadhom jagħtu offerti ta’ flus, ikel u prodotti oħra b’risq dawk li jiġu jitolbu l-Karita’ fl-Uffiċċju Parrokkjali. Bħalissa huma bosta dawk li qed jiġu għall-għajnuna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719.