Gheziez Huti fi Kristu u San Frangisk,
IR-RABTA TA’ MARIJA MAX-XAHAR TA’ MEJJU

Fit-13-il seklu, ir-Re Alfonso ta’ Kastilja (Spanja) kiteb poezija fejn qabbel is-sbuhija ta’ Marija ma’ dak ta’ Mejju. Fl-14-il seklu d-Dumnikan Henri Suso beda tradizzjoni li fl-1 ta’ Mejju jpoggi girlanda tal-fjuri fuq l-istatwa ta’ Marija. Kif nistghu naraw hemm certament konnessjoni qawwija bejn is-sbuhija tal-fjuri li jikbru f’Mejju u s-sbuhija ta’ Ommna tas-Sema, jew ‘the Beautiful Lady’ kif hafna jsejhulha.
Kien f’Ruma fis-16-il seklu li bdiet id-drawwa li jizdied it-talb lil Marija tul ix-xahar ta’ Mejju. San Filippu Neri, per ezempju, kien jigbor it-tfal quddiem l-altar tal-Vergni Marija fil-knisja u kien jghidilhom biex joffru fjuri tar-rebbiegha lil Madonna, simboli tal-virtujiet kristjani li kellhom ukoll jinbtu fil-hajja kristjana taghhom.
Hawnhekk ma nistghux ma nsellmux lil Poeta Nazzjaniali Dun Karm Psaila li kien maghruf ghall-imhabba kbira li kellu lejn Marija. Hu kiteb l-ewwel poezija tieghu bil-Malti “Quddiem Xbieha tal-Madonna” u l-innu wisq sabih li jqanqal il-qlub “Fil-Hlewwa ta’ Mejju”.
B’hekk naraw kif minn zmien ilu x-xahar ta’ Mejju mhux biss beda jkun xahar ta’ devozzjoni lejn Il-Vergni Marija, izda sar mezz biex nikbru fil-qdusija taghna ta’ kuljum. Fis-17 u t-18-il seklu, il-Gizwiti habirku hafna biex ixerrdu din-id-devozzjoni fl-Italja. Kienu rrakkomandaw biex fl-lejliet 1 ta’ Mejju kull familja tarma altar bl-istatwa tal-Madonna mzejjen bid-dawl u l-fjuri. Il-familja kienet imhegga biex tikteb fuq bicca karta l-virtu li sejrin jipprattikaw il-gurnata ta’ wara. Kien il-Papa Piju VII li approva din id-devozzjoni li mbaghad inxterdet fl-1815 mal-knisja universali.
Santa Chiara ta’ Assisi kienet tghid li “ahna nsieru dak li nhobbu u dak li nhobbu jaghginna f’dak li nsieru. Jekk inhobbu oggett, insieru oggett u jekk ma nhobbu xejn insieru xejn”. Ejjew ghalhekk nhobbu b’imhabba totali lil dik l-Omm taghna helwa tas-Sema biex inhalluha taghginna u ssawwarna f’imhabba bla qies lejn binha Gesu.
Paci u sliem.
Cecilia Attard ofs
0 Comments