1. It-Tnejn 11 ta` Marzu, fid-9.30am il-laqgħa tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-UffiċċjuParochialism.
Fil-5.00pm it-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej issirilhom l-Ewwel Qrara. Inżommu fit-talb tagħna lil dawn it-tfal biex jersqu ħienja u jkomplu jirċievu dan is-sagrament.

2. It-Tlieta 12 ta` Marzu fl-4.30pm nitilqu mis-Savoy Bus Stop, Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss ta`Ġieżu l-Belt. Ikollna l-Quddiesa fis-6.15pm. Għad baqa` xi postijiet jekk hawn min jixtieq jingħaqad magħna.

3. L-Erbgħa 13 ta` Marzu, il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
Jitkellem Peter Darmanin “Min jien fil-Mixja lejn il-Kalvarju?” Kulħadd mistieden.

4. Il-Ħamis 14 ta` Marzu fil-5.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni u l-Lectio Divina wara l-Quddiesa.

5. Il-Ġimgħa 15 ta` Marzu l-aħħar Ġimgħa bi tħejjija qabel il-Ġimgħa Mqaddsa. Fil-5.30pm ikun hawn il-Qrar u fis-6.00pm il-Quddiesa bl-Għasar u bl-Omelija minn P. Raymond Falzon O.F.M. Issir il-Ġabra b’risq Dar Bjorn.
Tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom b’risq din id-dar fil-Kaxxa taħt il-pulptu sal-Ġimgħa l-Kbira.

6. Mit-Tnejn 18 ta` Marzu ikun hawn l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Quddiesa tas-6.00pm sal-Ġimgħa 22 ta` Marzu, Jum id-Duluri. Jippriedka Patri Renald Lofreda.

7. It-Tlieta 19 ta` Marzu, festa ta` San Ġużepp, m’hemmx obbigu tal-Quddies imma nħeġġukom biex tiġu tieħdu sehem, fil-ħinijiet bħal fost il-Ġimgħa.
Fl-10.00am Bingo Breakfast fil-Każin Banda Sliema. Donazzjoni ta` €15, kollox inkluz.
Fil-3.34pm ħarġa għall-Festa ta` San Ġużepp tar-Rabat, lura fl-9.45pm.
Biljetti mill-Bookshop u mingħand Marianne Bonaci

8. Qed nagħmlu sejħa lill-irġiel u nisa biex fil-Quddiesa ta` Ħamis ix-Xirka 28 ta` Marzu, naħslulhom riġlejhom, bħalma Ġesu` ħasel tal-Appostli. Għandna bżonn 12. Min hu interessat javviċina lill-Kappillan, sal-Ħadd 24 ta` Marzu.

9. Il-ġabra speċjali li saret b’risq ix-xogħol li qed isir fuq il-bjut tal-Knisja kienet €2,063.00.
Filwaqt li nirringrazzjawkom għall-ġenerożita` tagħkom, inħeġġu li jkun hawn aktar min joffri €200 lis-Santwarju.

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433