1. 13-Tnejn 4 ta` Marzu, fis-6.30pm il-laqgħa tal-Ushers bi tħejjija għall-Festi tal-Għid.

2. It-Tlieta 5 ta` Marzu, l-Irtir tar-Randan għall-Franġiskani Sekulari għand il-Klarissi mid-9.00am sal-12.00pm immexxi minn P. Julian Sammut O.F.M.
Booking mingħand Peter Darmanin.

3. L-Erbgħa 6 ta` Marzu, stedina lill-Voluntiera tal-Festa biex wara l-Quddiesa tas-6.00pm jintramaw il-Vari tal-Passjoni fil-Knisja għall-Ġimgħa l-Kbira.

4. Il-Ħamis 7 ta` Marzu, fil-5.30pm l-Adorazzjoni u l-Lectio Divina wara l-Quddiesa.

5. Il-Ġimgħa 8 ta` Marzu fit-Tielet Ġimgħa tar-Randan stedina lill-Komunita` Parrokkjali għall-Qrar fil-5.30pm u fis-6.00pm Quddiesa bl-Għasar u bl-Omelija minn P. Raymond Falzon O.F.M.. Issir il-ġabra b’risq Dar Bjorn, filwaqt li ninkoraġġukom toffru d-donazzjoni tagħkom fil-kaxxa ta` taħt il-pulptu.

6. Il-Ġimgħa ukoll, il-Grupp ta` Rġiel “Lejn il-Missier” se torganizza Manifestazzjoni b`Ġesu` Ewkaristija fi Triq Republika l-Belt fl-4.15pm sal-Knisja tal-Karmnu fejn issir il-Quddiesa fis-6.30pm.

7. Il-Ġimgħa jiġi fi tmiemu l-Kors ta` Kana għall-koppji li se jiżżewġu, b’Quddiesa għand is-Sorijiet Franġiskani. Nirringrazzjaw il-koppja mexxejja li offrew l-impenn tagħhom f’dan il-Kors. Kors ieħor isir f’Ottubru li ġej.

8. Bejn nhar it-Tlieta u nhar il-Ġimgħa, il-Kappella tal-Adorazzjoni ser tkun magħluqa minħabba xogħol ta´ manutenzjoni.

9. It-Tlieta 12 ta` Marzu se mmorru Pellegrinaġġ għall-Kurċifiss ta` Ġieżu l-Belt. Nitilqu fl-4.30pm mis-Savoy Bus Stop u jkollna Quddiesa fis-6.15pm. Booking sal-Ħadd 10 ta` Marzu għand Marianne Bonaci u mill-Bookshop.

10. Se norganizzaw ħarġa għall-Festa ta` San Ġużepp tar-Rabat, it-Tlieta 19 ta` Marzu, jum il-Festa.
Tluq fl-3.45pm mis-Savoy Bus Stop u lura fl-9.45pm.
Booking mingħand Marianne Bonaci u mill-Bookshop sal-Ħadd 17 ta` Marzu.

11. Matul din il-ġimgħa daħlu €400 f’donazzjonijiet b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja.

12. Matul din il-Ġimgħa għaddiet għall-ħajja ta` dejjem Carmelina Camilleri.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta` dejjem …

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433