1. It-Tnejn 18 ta` Marzu, jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd sal-Ġimgħa, jippriedka fil-Quddiesa tas-6.00pm, Patri Renald Loffreda.
2. It-Tlieta 19 ta` Marzu, Jum San Ġużepp. Il-Quddies ikun bħal fost il-ġimgħa. Fl-10.00am Bingo Breakfast fil-Każin Banda Sliema.
Fl-3.45pm min ġej, trasport mis-Savoy Bus Stop għall-festa tar-Rabat u niġu lura fl-9.45pm. Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini.
Fl-4.30pm il-laqgħa ta` talb, Grupp Padre Pio fil-Knisja ta` Stella Maris.
3. Il-Ħamis 21 ta` Marzu, fil-5.30pm l-Adorazzjoni.
Il-Lectio Divina ma ssirx. Terġa tibda ssir mill-Ħamis 11 ta` Marzu.
4. Il-Ġimgħa 22 ta` Marzu, Jum id-Duluri. Il-Quddies ikun bħas-soltu u ssir oħra fit-8.00pm.
Fis-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni li tgħaddi mit-toroq San Trofimu, San Ġwann Battista, Rudolfu, Santa Marija u San Trofimu.
Filgħaxija tiftaħ il-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Każin Banda Sliema.
5. Il-Ħadd 24 ta` Marzu, nibdew il-Festi tal-Għid bil-Festa ta ` Ħadd il-Palm, niltaqgħu fit-8.30am ħdejn l-uffiċċju Parrokkjali għat-tberik tal-Palm u ż-Żebbuġ. Il-Purċissjoni bis-sehem tal-fratelli, t-tfal u l-poplu tgħaddi triqat il-Karmnu, San Ġwann Battista u San Trofimu. Il-Quddiesa ssir fid-9.15am. Fl-10.00am Via Sagra drammatiżata madwar il-Knisja mit-tfal u l-Preteens. Il-Quddiesa tal-11.00am issir fil-11.15am. L-attendenza hija apprezzata.
Nhar il-Ħadd issir il-ġabra b’risq il-Patrijiet Franġiskani u l-popli tal-Art Mqaddsa. Mħeġġa offerta ġeneruża speċjalment f’dawn il-jiem ta` Gwerra, b’solidarjeta` ma kull min jgħix f’din l-art.
6. Affarijiet li tajjeb tiftakru:
Donazzjonijiet b’risq Dar Bjorn jingħataw sal-Ġimgħa l-Kbira.
Baqa` xi postijiet x’jimtlew għal irġiel u nisa biex naħslulhom saqajhom f’Ħamis ix-Xirka, avviċinaw lill-Kappillan.
Min jixtieq li niġu f’daru biex niltaqgħu u nberkukom, imlew il-formoli sal-Ħadd 31 ta` Marzu
Min jixtieq jieħu biljett fil-lotterija ta` Weekend Break għal tnejn. Il-lotterija titla` f’Ħadd il-Għid.
B’hekk tgħinuna niġbru l-fondi b’risq ix-xogħol li qed isir fuq il-bjut tal-Knisja, anke meta toffru l-€1 fil-ġimgħa lill-Fondazzjoni.
L-Għaqda volontarja “Ħbieb tas-Santwarju “ filwaqt li tappella għal membri ġodda, tfakkar lill-membri tagħha biex iħallsu l-miżata ta` €25 għal din is-sena 2024.
Nirringrazzjaw lil dawk kollha li qed joffru donazzjoni għall-fjuri biex narmaw il-Knisja u l-Vari għall-Ġimgħa Mqaddsa. Min jixtieq jgħin ikellem lil Brian Vigar.
7. Se norganiżżaw Ħarġa għall-Għawdex, Pasquetta mal-Parroċċa, it-Tlieta 2 t’April, donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-ħlas tal-Vapur. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop u niġu lura mal-vapur tas-6.00pm. Booking mingħand Marianne Bonaci u Margaret Cini, sal-Ħadd 31 ta` Marzu.
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments