1. Il-Gabra ghas-Seminarju kienet : 696.89 Ewro. Nirringrazzjawkom.
2. Minn nhar it-Tnejn : Il-Quddiesa fil-ghaxija tibda tkun fis-6.30pm.
3. It-Tlieta 2 ta’ April : 7.00pm Forum immexxi minn Peter Darmanin flimkien ma’ 2 membri tal-Prison Fellewship, bis-suggett: “Kont il-habs u gejtu zzuruni”, fis-Sala tal-O.F.S. hdejn l-Ufficcju tal-Kappillan. Kulhadd mistieden.
4. L-Erbgha 3 ta’ April : 5.30pm Il-Pre-Teens ikollhom Tahdita mill-Grupp Irlandiz “Children of the Eucharist” dwar l-Ewkaristija u l-prezenza rejali ta’ Gesu’. 6.45pm Jiltaqghu fic-Centru t-Tfal, l-Adoloxxenti u z-Zghazagh.
• Il-PreTeens u l-Abbatini : fl-1 ta’ Mejju ser jorganizzaw ‘Sports Day’ ghat-Tfal u z-Zghazagh minn 4 sa 16-il sena. Genituri u gwardjani legali huma mhajjra li jattendu u jippartecipaw. Se ssir fil-Kullegg Stella Maris, Gzira.
• Formoli ser jitqassmu lit-tfal tal-Katekizmu, PreTeens u Abbatini. Formoli jinsabu wkoll fil-bieb tal-knisja. L-applikazzjonijiet jghalqu l-Hadd 14 ta’ April.
5. Il-Gimgha 5 ta’ April : L-Ewwel Gimgha tax-xahar. It-Tqarbin tal-Morda din id-darba ser isir mill-Ministri Straordinarji, ghax il-Patrijiet se jkunu nvoluti fiz-Zjara Frangiskana f’Wied il-Ghajn.
• Il-Grupp Ushers ser jorganizza Pellegrinagg ghall-Kurcifiss Mirakoluz ta’ Giezu l-Belt. Tluq mis-Savoy Bus Stop fl-10.00am. Biljetti minn Simler jew Simiana. Prezz 3 Ewro.
• 7.30pm Il-Kappillan ikollu Quddiesa u Tahdita tar-Randan fil-Mahzen ghall-Kummissjoni Festa u l-Membri tal-Kazin.
6. Grazzi tad-donazzjonijiet ghall-fjuri : Fra Lorrie japprezza iktar weraq tal-bella donna.
7. Il-Hadd 7 ta’ April : Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza b’risq id-Dar tal-Providenza. Se ssir ic-Centru. Il-Formoli jinkisbu mill-Ufficcju tal-Kappillan u mis-Sagristija. Jew tiregistraw dak inhar stess. Min ma jistax jiehu sehem jista’ jisponsorja lil xi hadd.
8. Is-Sibt 13 ta’ April : 7.30pm Dramm “Mall-Passi tal-Passjoni”.
9. Kummissjoni Festa tavza :
Raffle fuq iz-zuntier. Jinbieghu Posters u Santi godda bix-xbieha tas-Sultana Taghna.
Bazaar mill-Gimgha sal-Hadd il-Kazin mit-8am sat-8pm. Issibu groceries, pjanti, etc.
Il-Gimgha l-Kbira filghodu se nzuru Wirjiet, Vari u Sepulkri fir-Rabat u l-Isla. Bijett 5 Ewro minghand Brian Vigar.
Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments