1. Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru : 9.30am Quddiesa bit-Tberik tal-Bambini. Dimostrazzjoni tal-Bambin fit-toroq tal-Parroċċa saċ-Ċentru fejn it-Tfal ikollhom ‘Party’.

2. It-Tnejn 23 ta’ Diċembru : 7.30pm Serata fiċ-Ċentru mill-Pre-Teens għall-Ħbieb u l-Familja. Jagħmlu Pantomina u Kant tal-Milied. Dħul b’xejn. Ibiegħu xorb u ħelu u l-qliegħ imur għar-ridekorazzjoni tas-Sala li fiha jiltaqgħu il-Pre-Teens għal laqgħat.

3. It-Tlieta 24 ta’ Diċembru : Lejliet il-Milied. 6.00pm Quddiesa tal-Vġili. 11.00pm Velja tal-lejl tal-Milied tibda bil-Play “Qalb tad-Deheb” imtella’ mill-Abbatini u Pre-Teens. 11.30pm Carols tal-Milied bil-Powerpoint. 12.00am Purċissjoni bit-Tarbija. Kant tal-Glorja. Wara l-Vanġelju ssir l-Priedka Tradizzjonali tat-Tfal minn Kazeiah Micallef u Kyle Buhagiar. Wara l-Quddiesa nqassmu l-Qagħaq tal-Għasel u l-Cocotina fuq iz-Zuntier. (Tħallux għall-aħħar għal-Qrar).

4. L-Erbgħa 25 ta’ Diċembru : Il-Milied. Il-Quddies ikun bħal Ħadd.

5. Il-Ħamis, 26 ta’ Diċembru : 9.00am L-Abbatini quddiesa u Baystreet jaraw Film.

6. Il-Kappillan din il-ġimgħa : Se jdur il-Morda tal-Parroċċa, jagħtihom l-Awguri tal-Milied, iqassmilhom il-Kartolina mħejjija mit-Tfal tal-Katekiżmu.

7. It-Tnejn 30 ta’ Diċembru : It-Tfal tal-Katekiżmu u l-Abbatini se mmorru Carol Singing f’St Catherine Home. Infakkru l-ġenituri u kustodji biex jgħaddu l-‘Consent Form’ lil Bro Lorrie jew lil Marianne Bonaci biex naħsbu għat-trasport.

8. It-Tlieta 31 ta’ Diċembru : 8.00pm L-Aħħar tas-Sena flimkien fiċ-Ċentru biex nilqgħu is-Sena 2020 f’Talba. Biljetti mill-‘Bookshop’ tal-knisja jew mill-Ġenituri.

9. Il-Kummissjoni Festi tavża :
• Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru : 7.30pm Bingo special ta’ żmien il-Milied fil-Każin. Ikun provdut rigal u ikel b’xejn għal kulħadd.
• Peress li l-Milied u l-1 tas-Sena se jkunu l-Erbgħa : It-Tombla se ssir it-Tnejn 23 u 30 ta’ Diċembru. Il-Bingo tal-Ħadd isir bħas-soltu.
• Fuq iz-Zuntier : Qed issir Lotterija b’risq il-Festa li titla’ fl-1 tas-Sena. Fost il-premjijiet hemm T.V. u Weekend Break. Baqa’ wkoll xi Djarji 2020 għall-bejgħ.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob:-7953 7719.