“Jiena hu t-triq, il-verita’ u l-ħajja”

1. It-Tnejn 8 ta’ Mejju : Festa tal-Madonna ta’ Pompei. 11.30am Quddiesa bis-
Supplika lil Madonna ta’ Pompei.

2. It-Tlieta 9 ta’ Mejju : 7.00pm Taħdita minn Pauline Darmanin bis-suġġett “Id-Dixxipli li jagħtu xhieda”. Il-laqgħa ssir ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.

3. L-Erbgħa 10 ta’ Mejju : L-Ewwel Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa Titulari.
5.45pm Novena Perpetwa. 6.30pm Niċċelebraw il-100 Sena Anniversarju tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema mal-E.T.Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, taħt il-Patroċinju tal-E.T. Il-President tar-Repubblika u s-Sinjura Vella. Kulħadd hu mistieden.

4. Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju : Festa Liturġika tal-Madonna tas-Sacro Cuor. 6.30pm
Issir il-Vestizzjoni tal-membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Min hu interessat jista’ jkellem lis-Sur Joe Debono jew lil Ms Marianna Bonaci.

5. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd : Biex matul ix-xahar ta’ Mejju, noffru bukkett virtwali ta’ fjuri permezz ta’ Donazzjoni ta’ 5 Euro għal manutenzjoni tas-Santwarju.
L-Ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719