Il-Festa t-Tajba lill-Ommijiet kollha!

1. Il-Ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda : Kienet €408.18. Nirringrazzjawkom.

2. L-Erbgħa 10 ta’ Mejju : Iċċelebrajna l-100 sena mit-Twaqqif tas-Soċjeta’ Filarmonika ‘Sliema’ b’festa xierqa fis-Santwarju tagħna. Il-President u l-Membri offrew Warda tad-deheb lis-Sultana tagħna. Il-Ġabra ta’ €630 mill-knisja marret
għall-istess Soċjeta’.

3. It-Tlieta 16 ta’ Mejju : 7.00pm Taħdita minn Tony Mahoney bis-suġġett “Marija hija l-unika oażi fid-deżert tal-umanita’”. Il-laqgħa ssir ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan u hi miftuħa għal kulħadd.

4. L-Erbgħa 17 ta’ Mejju : It-Tieni Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa Titulari.

6.00pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa bil-Priedka. Kulħadd hu mistieden.

5. Il-Ħadd 21 ta’ Mejju : 9.30am Quddiesa li fih jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil Lydon Xerri. Adult li għamel il-Kors ta’ Kana magħna u li ġie ppreparat ukoll għal dan is-Sagrament. L-Arċisqof iddelega lil Kappillan biex jamministra dan is-Sagrament.

6. Il-Ħadd 28 ta’ Mejju : Pentecoste. 9.30am Quddiesa li fiha nfakkru l-Ewwel Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor tat-Tfal immexxi minn Fr Joe Caruana ofm.
Nifirħu magħhom u nawgurawlhom.

7. Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju : Festa Liturġika tal-Madonna tas-Sacro Cuor. 6.30pm
Issir il-Vestizzjoni tal-membri ġodda fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Min hu interessat jista’ jkellem lis-Sur Joe Debono jew lil Ms Marianna Bonaci.

8. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd : Biex matul ix-xahar ta’ Mejju, noffru bukkett virtwali ta’ fjuri permezz ta’ Donazzjoni ta’ 5 Euro għal manutenzjoni tas-Santwarju. L-Ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.

9. Għadda għall-ħajja ta’ dejjem : Missier Fr Joe Caruana ofm. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm

Kappillan / Gwardjan

TEL: 2131 3505 – 7953 7719