1. Il-Ħadd 28 ta’ April : Festa tal-Ħniena Divina. 5.30pm Adorazzjoni. 6.30pm Quddiesa.
Dan il-weekend: Se ssir Lotterija ta’ Pittura b’risq il-Kunvent. Biljetti mill-bookshop.

Segwu l-Programm tat-Tberik 2019.

2. It-Tnejn 29 ta’ April : Jitkompla t-Tberik mill-4.00pm sas-7.00pm. Segwu l-Programm.

3. It-Tlieta 30 ta’ April : L-OFS ser jorganizza Taħdita bis-suġġett : “ L-Ewkaristija, il-Misteru tad-Dawl”. Jitkellem Tony Mahoney. Issir fis-Sala tagħhom fis-7.00pm.

4. L-Erbgħa 1 ta’ Mejju : 9.30am L-Abbatini u l-Pre-Teens se jorganizzaw Sports Day fil-Grounds ta’ Stella Maris College, Gżira. Ħafna tfal ser jipparteċipaw. Min ma nkitibx, jiġi l-Iskola kwarta qabel Jirreġistra. U biex il-Ġenituri/Carers jiffirmaw il-‘Consent Form’.

5. Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju : L-Ewwwel Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet joħorġu għal Qrar u Tqarbin.

6. Il-Ħadd 5 ta’ Mejju : Jum is-Soċjeta’ Filarmonika Sliema. 9.30am Quddiesa bis-sehem tal-Banda Ċittadina ‘Sliema’ bid-direzzjoni tal-Mro Lesley Tabone mall-Kor tal-Parroċċa. U jingħata Ċertifikat lil Alievi u Trofew għall-aħjar Bandist tas-sena, fil-Każin ‘Sliema’.

7. Il-Ħamis 16 ta’ Mejju: Ħarġa Kulturali mill-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent. Inżuru l-Arkivji Nazzjonali, Wirja tal-Farmaċija u l-Ġnien Howard, ir-Rabat. 9.00am Tluq u lura f’nofsinhar. Prezz: 5.00 Euro. Biljetti mingħand Simiana jew Peter Darmanin 9976 2775.

8. Nitlob it-Tfal tal-Katekiżmu : Jirritornaw il-Karus tar-Randan għad-Dar tal-Providenza.
• Il-Ġabra tal-Art Imqaddsa : Kienet 1,000 Ewro. Patri Twanny jirringrazzjakom.
• Id-Donazzjonijiet għal Fjuri tal-Vari u s-Sepulkru : Kienet 655 Ewro. Inxtraw fjuri b’495 Ewro. Il-bilanċ ser jintuża għal Festa Liturġika u għal Corpus. Grazzi.

9. Kummissjoni Festa tavża :
• L-Erbgħa 1 ta’ Mejju : 10.00am Coffee Morning il-Każin. Prezz: 13 Ewro bl-ikel u l-logħob tal-bingo. Minn nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju, il-Bingo jibda jsir fis-7.30pm.
• Is-Sibt 4 ta’ Mejju : Country Nite fil-Każin b’risq il-Festa. Prezz 15 il-Euro li jinkludi l-ikel ukoll. Bookings mingħand il-Helpers. Baqa’ ftit postijiet.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.