1. Prosit u Grazzi : Lil Abbatini u l-Pre-Teens u l-Organizzaturi tal-Isports Day. U Grazzi lil Bro David li aċċettana fil-Grounds ta’ Stella Maris College, Gżira.

2. Il-Ħadd 5 ta’ Mejju : Jum is-Soċjeta’. 9.30am Quddiesa bis-sehem tal-Banda Ċittadina “Sliema” taħt id-direzzjoni ta’ Mro Lesley Tabone u l-Kor tal-Parroċċa. Wara ssir il-preżentazzjoni ta’ Ċertifikati lil Alievi u Trofew lill-aħjar bandist tas-Sena, fis-Sede tal-Każin.

Segwu l-Programm tat-Tberik 2019.

3. It-Tnejn 6 ta’ Mejju : Jitkompla t-Tberik mill-4.00pm sas-7.00pm.
7.00pm Laqgħa tal-Ushers ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan.

4. It-Tlieta 7 ta’ Mejju : L-OFS ser jorganizza Taħdita bis-suġġett : “ Fuq il-Passi ta’ Marija”. Titkellem Pauline Darmanin . Issir fis-Sala tagħhom fis-7.00pm.

5. Il-Ħadd 12 ta’ Mejju : Seminar ta’ Formazzjoni għall-Ġenituri / Kustodji / Parrini u Kandidati li sejrin jersqu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Is-Seminar se jsir fl-Iskola ta’ St Dorothy’s, Triq Depiro. Inkunu f’postna fl-9.45am.

6. Il-Ħamis 16 ta’ Mejju: Ħarġa Kulturali mill-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent. Inżuru l-Arkivji Nazzjonali, Wirja tal-Farmaċija u l-Ġnien Howard, ir-Rabat. 9.00am Tluq u lura f’nofsinhar. Prezz: 5.00 Euro. Biljetti mingħand Simiana jew Peter Darmanin 9976 2775.

7. Nitlob it-Tfal tal-Katekiżmu : Jirritornaw il-Karus tar-Randan għad-Dar tal-Providenza.

8. Kummissjoni Festa tavża :
• Il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju : BBQ l-Kunvent fl-okkazjoni tal-Festa Liturġika. Bookings għand Brian Vigar. Prezz €15 li jinkludi l-ikel u x-xorb. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn.

Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mod: 7953 7719.