FUQ L-EZEMPJU TAL-MARTRI

Papa Franġisku kien qal li l-fidili huma msejħin jimxu fuq l-eżempju tal-martri li tilfu ħajjithom għal Kristu, anke jekk ma jsofrux vjolenza għall-fidi tagħhom.
“Kemm fl-imgħoddi kif ukoll illum, f’ħafna partijiet tad-dinja hemm martri,
kemm irġiel kif ukoll nisa, li jintbagħtu l-ħabs jew jiġu maqtula għall-unika
raġuni li huma Kristjani,” qal, filwaqt li nnota li hemm aktar martri li jmutu

imwiet vjolenti fi żminijiet moderni milli fis-sekli bikrin tal-Knisja.

Illum hija l-festa ta’ Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Verġni u
Martri. Edith Stein, imwielda fl-1891 fil-Polonja, f’ familja Lhudija, qattgħet
ħafna mill-ħajja adulta tagħha mingħajr ma tipprattika l-ebda reliġjon.
Madankollu, wara li qrat il-kitbiet ta’ Santa Tereża t’Avila, malajr ikkonvertiet
għall-Kattoliċiżmu.

Wara ftit snin, Edith intbagħtet fil-Karmelu f’1939 Echt, l-Olanda. Meta n-Nażisti daħlu fl-Olanda, Teresa ġiet arrestata, u, flimkien ma’ oħtha Rose, intbagħtet fil-kamp ta’ konċentrament f’Auschwitz. Tereża mietet fil-kmamar tal-gass ta’ Auschwitz fl-1942 fl-età ta’ wieħed u ħamsin sena. Fl-1987, ġiet ibbeatifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II u kkanonizzata fil-11 ta’ Ottubru, 1998. Bħala għarusa ta’ Kristu, Sr Teresa Beneditta kitbet paġni profondi dwar ix-‘Xjenza tas-Salib,’ il-fidi u s-Salib kienu inseparabbli għaliha.

Li tbati u tkun ferħan għalkemm tbati … li timxi fuq il-mogħdijiet ħarxa ta’ din l-art … din hi l-ħajja tan-Nisrani. (Santa Tereża Beneditta tas-Salib)
Mit-tbatija kiefra kkawżata min-Nażisti niftakkru fil-ħajja sabiħa ta’
dedikazzjoni, konsagrazzjoni, talb, sawm u penitenza ta’ Santa Tereża. Il-
memorja tagħha tinsab bħala dawl kbir għall-umanità kollha.

Madankollu, il-Papa Franġisku jgħid li hemm ukoll ‘il-martirju ta’ kuljum’, li ma jirriżultax fil-mewt imma tikkonsisti fi tbatija għal Kristu. Dan il-martirju jikkonsisti f’nies li “jagħmlu dmirhom b’imħabba, skont il-loġika ta’ Ġesù.” L-insara għandhom jirrikorru lejn l-Ispirtu s-Santu fit-tħejjija għall-martirju – kbir jew żgħir.

Il-Papa jgħid li nisrani li ma jiħux bis-serjetà d-dimensjoni tal-martirju fil-ħajja
ma jifhimx it-triq li indika Ġesù. Din it-triq tistidinna nagħtu xhieda kuljum, li
niddefendu d-drittijiet tal-oħrajn, tal-ħajja mill-ġuf; niddefendu l-kunċett tal-
familja, li fil-mard nagħtu xhieda bit-tbatija tagħna – f’kliem ieħor inbatu għall-

imħabba ta’ Ġesù.
Wieħed jista’ jikseb għarfien tas-salib biss jekk ikun esperjenza bis-sħiħ is-salib.

Jien konvinta minn dan u ngħid b’qalbi kollha: ‘Ave, Crux, Spes unica’ – O Salib, l-unika tama tagħna!’ (Santa Tereża Beneditta tas-Salib)

Paċi u Sliem

Mariella Spiteri Gonzi, OFS