1. Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020 : Festa tal-Epifanija tal-Mulej. L-Abbatini u l-Ġenituri għandhom il-Ħarġa għal Għawdex b’ringrazzjament tas-servizz. Grazzi Bro Lorrie.
2. It-Tlieta 7, l-Erbgħa 8 u l-Ħamis 9 ta’ Jannar : Il-Kappillan ikun il-‘Live In’ tal-Kappillani s-Seminarju tal-Virtu’. It-Tema magħżula hi : “Knisja li Tisma’”.
3. It-Tlieta 7 ta’ Jannar : 6.30pm L-OFS ikollhom il-laqgħa tagħhom bit-tema: “It-taħbit tal-qalb, l-arloġġ tal-Mulej”. Jitkellem Peter Darmanin. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd. Wara jkun hemm bibita.
4. L-Erbgħa 8 ta’ Jannar : Nerġgħu nagħtu bidu għall-Katekiżmu.
5. Il-Ħamis 9 ta’ Jannar : 7.30pm Jibda l-Kors ta’ Kana fiċ-Ċentru Sant Antnin. Imexxu Francis u Anne Cuschieri.
6. Il-Ġabra tad-Dar tal-Providenza kienet €897. : U tal-Maratona ta’ żmien ir-Randan kienet €1,777. B’kollox ippreżentajna s-Somma ta’ €2,674
7. Is-Siġra tal-Imħabba ħalliet frott kbir : Grazzi lilkom Parruċċani tal-kwantita’ kbira ta’ ikel u proviżjon biex jitqassam lil min hu fil-bżonn. Nirringrazzjawkom.
8. Is-Sibt 11 ta’ Jannar : 5.30pm Quddiesa għal dawk il-Koppji li Żżewwġu fl-2019 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, organizzata mill-Moviment ta’ Kana.
Ikollhom l-okkażjoni jiltaqgħu personalment ma’ Mons. Arċisqof Charles J.Scicluna u jingħataw Tifikira tal-okkażjoni. Mhux permess dħul fil-Konkatidral bi żraben bit-takkuna rqiqa u bil-ponta.
9. Is-Sibt 15 ta’ Frar : Se norganizzaw l-Assemblea Parrokkjali biex timmarkawha fil-kalendarju. Dettalji jingħataw iktar il-quddiem.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments