Ordni Franġiskan Sekular

4150 of 213 items

Innu li jidhollok f’qalbek – Tony Mahoney ofs

by Administrator

INNU LI JIDĦOLLOK F’QALBEK Innu li, temmen jew ma temminx, jidħollok f’qalbek, imisshielek u jimlihielek bit-tama, bil-paċi u bil-ferħ ġewwieni. Timtela’ bil-ferħ ta’ Kristu, bil-ferħ tat-tfal ċkejknin. Dan huwa l-Innu li kulħadd ikantah, ‘Fil-ħlewwa ta’ Mejju’. Dan huwa kapolavur  tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila. Bil-mużika tas-surmast Giuseppe Caruana, tħoss dan l-Innu jinfiltralek qalbek. U tieħu […]

Il-Festa ta’ San Guzepp – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

Il-Festa ta’ San Ġużepp ĦaddiemIl-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, iċċelebrata nhar il-Ħadd li għadda fl-1 ta’ Mejju, twaqqfetmill-Papa Piju XII fl-1955 biex nonoraw lil San Ġużepp u biex niċċelebraw l-impenn tal-KnisjaKattolika għad-dinjità tax-xogħol. Id-data tagħha ntgħażlet biex tagħti sinifikat Nisrani lill-Ewwel ta’ Mejju, jum iddedikat lill-ħaddiema kollha. Din il-festa tenfasizza d-dinjità tal-ħaddiem kif ukoll li […]

It-Torri ta’ Babel u l-konfuzzjoni – Cecilia Attard ofs

by Administrator

Gheziez Huti Frangiskani,   IT-TORRI TA’ BABEL U L-KONFUZZJONI   Fil-Genesi (Kapitlu 11) insiebu r-rakkont tal-grajja tat-Torri ta’ Babel. Fih naraw kif il-bniedem minn dejjem kibritlu rasu u ried jilhaq is-sema b’idejh.   Din il-grajja tohodna lura ghar-rakkont tad-Duluvju. Wara d-duluvju Alla ghamel patt gdid mal-holqien fi zmien Noe. Noe u familtu hargu mill-Arka, u […]

Il-Ħolqien: In-Natura u l-Bniedem – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Il-Ħolqien: In-Natura u l-Bniedem Fi żmien ir-Rebbiegħa nibdew ninnotaw ir-riġenerazzjoni tan-natura. Mil- bidu taż-żmienijiet in-natura kienet post is-sbuħija, is-serħan u ir-riġenerazzjoni. Fil-Ġenesi nsibu li Alla ħalaq id-dinja fl-ordni u fl-armonia.  Alla jinsab fiċ-ċentru ta’ din l-armonija bejn il-ħolqien, u r-rispett u r-responsabiltà tal-umanità għall-ħolqien.  Id-dnub ikisser din l-armonija għaliex il-bżonnijiet immedjati tal-bniedem jieħdu preċedenza fuq […]

L-itwal gimgha fil-Liturgiga tal-Knisja – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani, Ninsabu fil-Gimgha Mqaddsa. L-itwal gimgha fil-Liturgija tal-Knisja.Illum nistedinkom timmeditaw u tirriflettu fuq l-akbar sagrifiċċju ta’ mħabba li qatt sar matul il-medda taz-zminienijiet, dak li sar minn Sidna u Salvatur tagħna Ġesù Kristu: Għalik, Għalija, għall-Umanità kollha; b’hekk jirnexxilna nifhmu t-tifsira vera ta’ din iċ-ċelebrazzjoni fi ħdan il-poplu ta’ Alla.Fil-Kelma tal-Mulej insibu b’mod […]

Il-Hmar u z-Zunnerija – Joe Debono ofs

by Administrator

Darba wahda qrajt din l-istorja u forsi anke intkom gie li smajtuha jew qrajtuha: Il-hmar u z-zunnerija Mela kien hemm bidwi xwejjah li l-uniku mezz li kellu biex igorr it-tabijiet li kien ikollu kien naqra ta’ hmar.   Imma dan l-imbierek ta’ hmar dahhalha f’rasu li ma jimxix aktar u ma riedx jaghti pass ‘l quddiem.   […]

Il-Minestra u l-Madonna – Tony Mahoney ofs

by Administrator

IL-MINESTRA U L-MADONNA Ma nagħtikomx tort li tgħidu, ‘xgħandha x’taqsam il-Madonna mal-minestra?’ Nimmaġina li Marija kienet issajjar xi tip ta’ kawlata, jew minestra bil-ħaxix. Iżda l-ħsieb tiegħi jmur ‘l bogħod aktar mill-minestra. Insaqsi mistoqsija, li forsi ġieli għaddiet minn moħħkom: Huwa sewwa li nitlob waqt li qed insajjar? Waqt li nkun passiġġata? Waqt li qed […]

Il-Festa tal-Lunzjata – Peter Darmanin ofs

by Administrator

IL-FESTA TAL-LUNZJATA Nhar il-Gimgha, 25 ta’ Marzu, l-Knisja Universali ticcelebra b’solennita kbira il-Festa tat-Thabbira tal-Mulej. Jiena iben il-Parrocca ta’ Hal Tarxien, dedikata lil Marija Annunzjata. Ta’ hames snin ghamilt l-ewwel priedka tieghi f’hajti, fil-Parrocca ta’ Marsaxlokk. Haduni hemm is-socji tal-Museum ta’ Hal-Tarxien. Ghadni niftakar kif kienet tibda dik l-imbierka priedka: “Ilu ga ghoxrin seklu minn […]

Id-Dar komuni taghna – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Kif nistgħu nindukraw lil pajjiżna – id-dar komuni tagħna. Malta għadejja minn żmien ta’ sfidi kbar fejn tidħol il-kura ta’ pajjiżna, u l-ħolqien ta’ kultura li tirispetta kemm l-ambjent kif ukoll id-dinjità tal-komunità li ngħixu fiha.  Dokument maħruġ mill-Knisja f’Malta, “One Church, One Journey” (OCOJ), jidentifika dawn l-isfidi […]

Jum il-Mara – Pauline Darmanin ofs

by Administrator

Illum it-8 ta’ Marzu niccelebraw Jum il-Mara! Ghal hafna snin, il-mara kienet meqjusa bhala bniedma minghajr valur, meqjusa biss ghal pjacir, biex tobdi, persuna minghajr drittijiet, u f’hafna pajjizi sahansitra mizmuma bhala skjava.   Maz-zmien, il-mara sabet lehinha! Ic-celebrazzjoni ta’Jum il-Mara ghandha l-gheruq taghha fis-sena 1908, meta eluf ta’ nisa mxew fit-toroq ta’ New York […]