L-umilta ta’ Marija – Cecilia Attard ofs
L-UMILTA TA’ MARIJA L-umilta kbira ta’ Marija qatt ma nistghu nimmaginawha. Hi kienet l-Immakulata Koncezzjoni……. perfetta f’kollox. Marija garret kull virtu go qalba. Hi l-Eva l-gdida, l-Omm gdida tal-hajjin. Hi onorata bhala r-Regina tas-Sema u ta’ l-Art ghall-eternita. Marija kellha kull ragun biex titkabbar u tippretendi l-unur u r-rispett matul hajjitha, izda fl-umilta taghha, ma ppretendit ebda dritt. Hi qatt ma talbet xi haga ghaliha, izda dejjem ghal haddiehor. Meta fit-tieg ta’ Kana avvicinat lil Gesu u gharfitu bis-sitwazzjoni tan-nuqqas ta’ l-inbid, hi qatt ma marret b’wiccha minn quddiem u tghidlu…”Ibni jiena ommok u trid taghmel dak li nghidlek jien.” Forsi mhux hekk naghmlu ahna mat-tfal taghna. Izda hi le. Qatt ma talbet xi haga mportanti ghaliha izda accettat biss li tkun Omm. F’riflessjoni li ghamel Patri Raniero Cantalamessa, OFM Cap, fid-dar tal-Papa waqt l-Ezercizzi Spiritwali, hu rrefera ghal kliem ta’ San Pawl fl-ittra lil Filippin (1:5-11) fuq il-Vergni Marija: “Marija qatt ma fittxet dak li hu taghha ghad li kienet Omm Alla, izda hi nezat minn kollox u sejjhet lilha nfisa “Qaddejja” u ghexet b’semplicita u faqar bhal […]