Leħen il-Maħbub

110 of 11 items

Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha (Luqa 2:19).

by Administrator

Kemm nirringrazzjawh?Jekk hemm persuna li żgur nitbierku bl-eżempju tagħha hija bla dubju ta’ xejn Marija, omm Ġesù. Marija baqgħet tgħożż f’qalbha u taħseb fuq il-ħwejjeġ kollha li Alla kien qed jagħmel magħha. Kemm hawn minna li nibqgħu grati għal dak li jagħmel Alla magħna? Kemm nirriflettu fuq il-barkiet li jagħtina?

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum (Mattew 6:11).

by Administrator

Kemm-il darba smajna, qrajna jew lissinna dan il-vers. Il-probabbiltà hi li meta nitolbu dan, ħsiebna aktarx jaqa’ fuq il-barkiet materjali. Kemm minna nitolbu lil Alla biex minflok jagħtina lil Ġesù kuljum, hu li hu l-ħobż tal-ħajja? Kemm nixxenqu għal Ġesù spiritwalment kuljum? Inħossu l-bżonn li nieklu, naħdmu, ngħixu, norqdu u elf ħaġa oħra, imma kemm […]

“FOLLOW ME.”

by Administrator

Gospel for February 13th, 2016 Luke 5:27-32 After this he went out, and saw a tax collector, named Levi, sitting at the tax office; and he said to him, “Follow me.” And he left everything, and rose and followed him. And Levi made him a great feast in his house; and there was a large […]

‘Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-saltna ta’ Alla! Huma stagħġbu wisq aktar u bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: ‘Mela min jista’ jsalva?’ (Mark 10:25-26)

by Administrator

‘Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-saltna ta’ Alla! Huma stagħġbu wisq aktar u bdew jgħidu wieħed lill-ieħor: ‘Mela min jista’ jsalva?’ (Mark 10:25-26) Għandna tendenza li meta żaqqna tkun mimlija, bħal donnu ninsew li għandna bżonn lil Alla. Faċilment ninsew li ma kienx ikun mogħti lilna dan kollu […]

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Ġesù – fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art – il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkubbtejhom, u kull ilsien jistqarr: ‘Ġesù Kristu hu l-Mulej,’ għall-glorja ta’ Alla l-Missier (Filippin 2:9-11).

by Administrator

Dak li darba libes il-fardal biex jaqdi, issa qiegħed mgħolli ’l fuq fl-ogħla smewwiet fejn jixraqlu tassew. Ġie fid-dinja u ċekken lilu nnifsu b’libset l-umiltà biex meta jasal il-waqt, dawk li jagħrfuh, jitgħollew miegħu fil-post li hu ħejjielhom. L-opra ta’ Ġesù, primarjament seħħet biex Alla l-Missier jingħata glorja bir-resurrezzjoni ta’ Ibnu. Għax tabilħaqq għandna għalfejn […]

‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El’, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’

by Administrator

‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El’, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’ (Mattew 1:23). Għeżież, ejjew f’dan iż-żmien nkunu konxji li t-twelid ta’ Ġesù mhux sempliċement twelid ta’ bniedem. Ġesù huwa Alla nnifsu. Alla li hu magħna. Huwa magħna dejjem u mhux biss f’xi żmien partikolari. Għalhekk inħabirku biex il-preżenza ta’ Ġesù […]

Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom (Mattew 6:15).

by Administrator

X’inhi r-raġuni li persuna żżomm f’qalbha u ma taħfirx? Bla dubju, fost diversi raġunijiet, l-aktar waħda reali hija l-fatt li ma tkunx trid titbaxxa quddiem dik il-persuna. Ħafna jagħmlu hekk biex ma jidhrux dgħajfa però il-verità hija li min jaħfer hu tabilħaqq qawwi u sod. Infatti, x’inhu l-aktar faċli li taħfer jew li ma taħfrix? […]