Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom, u ma jkollkomx għax tistħu (Salmi 34:5)

Ġesù jitlobna biex inkunu d-dawl tad-dinja u biex nagħmlu dan irridu ninsew lilna nfusna, nitfgħu ħarsitna biss lejn il-Mulej u nħallu d-dawl tiegħu jirrifletti fuqna. F’dak kollu li nagħmlu, ejjew ma nfittxux li b’xi mod nidhru aħna imma nħallu lil Kristu jiddi fina.