Kemm-il darba smajna, qrajna jew lissinna dan il-vers. Il-probabbiltà hi li meta nitolbu dan, ħsiebna aktarx jaqa’ fuq il-barkiet materjali.

Kemm minna nitolbu lil Alla biex minflok jagħtina lil Ġesù kuljum, hu li hu l-ħobż tal-ħajja? Kemm nixxenqu għal Ġesù spiritwalment kuljum?

Inħossu l-bżonn li nieklu, naħdmu, ngħixu, norqdu u elf ħaġa oħra, imma kemm inħossu l-bżonn ta’ Kristu kuljum?