Posts by Administrator

111120 of 1378 items

Amoris Laetitia – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Gheziez huti Frangiskani,Wahda mill-isbah Enciklici tal-Papa Frangisku hija dik li ggib l-isem ta’ “Amoris Laetitia” – “Il-Ferh ta’ l-Imhabba”, dwar l-imhabba fil-familja. L-isem ta’ kull enciklika jkunu dejjem l-ewwel zewg kelmiet taghha.Illum iddecidejt li ndewwakom ftit  mill-hlewwa ta’ din l-Enciklika.L-ewwel silta li se naghtikom illum titratta dwar Alla taghna.“Jekk naċċettaw li l-imħabba ta’ Alla hi […]

Il-mejtin ghadhom madwarna? – Tony Mahoney ofs

by Administrator

IL-MEJTIN GĦADHOM MADWARNA?   Il-mejtin tagħna jafu x’qed jiġri minnha, jafu bil-ferħ u l-inkwiet tagħna ? Forsi qegħdin ukoll madwarna? Ir-reliġjonijiet kollha prinċipali; kemm il-Kristjani, kemm-il Lhud, u wkoll il-Musulmani jemmnu li dawk li marru qabilna, jafu li aħna qed inħossu t-telfa tagħhom. Aħna mortali, iżda l-ispirti huma mmortali. Dawk li marru qabilna jafu li […]

IT-TLETIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 29 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Issa li erġajna qlibna għall-ħin tax-xitwa, l-Quddiesa ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ġimgħa tkun fis-6.00pm. għalhekk ir-Rużarju jsir fil-5.30pm. Is-Sibt u l-Ħadd il-Quddiesa ta’ filgħaxija tibqa fis-6.30pm. Is-Sorijiet Franġiskani jfakkru li jkollhom Quddiesa kuljum fis-6.00am u nhar ta’ Sibt u l- Ħadd fis-7.00am. 2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa, issir il-laqgħa tal-Franġiskani Sekulari fis-6.30pm. Il- kelmtejn se […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 22 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Nhar it-Tnejn se jibda jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.00pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjaw lil dawk il-persuni li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz fil-Parroċċa. 2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija jiltaqgħu l-Franġiskani Sekulari għall-laqgħa ħdejn l-Uffiċċju parrokkjali. Din il-ġimgħa tagħmel it-taħdita Pauline Darmanin bit-tema: “ Il-Mulej hu r-Ragħaj tiegħi ”. 3. Nhar l-Erbgħa 25 […]

IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 15 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Matul Ottubru, fis-6.00pm nkomplu nitolbu r-Rużarju quddiem Ġesu` Espost. Il-Ħamis qabel il-Quddiesa ikun hawn L-Adorazzjoni u wara l-Quddiesa nkomplu bil-Lecio Divina. 2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-7.00pm se nlaqqgħu l-ġenituri u parrini tal-kandidati li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof nhar it-12 ta’ Novembru. Dawk il-parrini li ma joqgħodux fil-Parroċċa tagħna jridu jġibu l-permess biex […]

FESTA TA’ SAN FRANGISK – IL-HADD, 8 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. Qed niċċelebraw l-aħħar jum tal-festa ta’ San Franġisk. Fid-9.30am Quddiesa għat-tfal li fiha jwasslulna messaġġ permezz ta’ Play. Fl-10.30am toħroġ il-Purċissjoni u fl-aħħar isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier. Ikun hawn xorta l-Quddiesa tal-11.00pm. 2. Matul ix-xahar ta’ Ottubru ir-Rużarju jsir quddiem Ġesu` Sagramentat. Għada t-Tnejn jibda l-Katekiżmu tat-tfal. 3. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru […]

IS-SITTA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 1 TA’ OTTUBRU, 2023

by Administrator

1. L-ammont tad-donazzjonijiet u l-ġabra b’risq il-Marokk u l-Libja kien €735. Prosit u grazzi. 2. Matul ix-xahar ta’ Ottubru t-Talba tar-Rużarju ssir fil-Presenza ta’ Ġesu` Ewkaristija. 3. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar isir il-Qrar u Tqarbin tal-Morda u l-Anżjani fid-djar. 4. Matu dil-ġimgħa niċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk. Programm dettaljat fin-Notice Boards.  Nhar it-Tlieta […]

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 24 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Qed isir ġbir ta’ fondi organizzat mill-Caritas b’risq il-Marokk u l-Libja li sofrew traġedji naturali u minbarra li ħallew eluf ta’ nies mejta, ħafna li baqgħu ħajjin spiċċaw b’xejn. Tistgħu tgħaddu donazzjoni lill-Kappillan jew li xi Patri jew tibgħatuha direttament fl-Account Number kif issibu fil-Facebook Page tal-Parroċċa. Bħala Komunita` se ssir ġabra Nhar il-Ġimgħa […]

L-ERBA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ħadd 17, it-Tnejn 18 u l-Ħadd 24 ta’ Settembru se ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu. Il-Ħdud bejn l-10.15am u 12.00pm u t-Tnejn bejn 5.00pm u 7.00pm. Ir-reġistrazzjoni ssir ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. It-Tnejn, il-Kappillan se jkompli jiltaqa` mal-Għaqdiet. Għada t-Tnejn se jiltaqa` mal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru se jiltaqa` mal-Katekisti tal-Pre-Teens u […]

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ SETTEMBRU, 2023

by Administrator

1. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq il-Knisja fil-weekend li għadda kienet €1,470. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` tagħkom. 2. Nerġgħu infakkru lil dawk li jixtiequ jissieħbu mal-Konfraternita` tal-Madonna, il- Vestizzjoni ssir fis-27 ta’ Settembru u lil dawk l-irġiel li jixtiequ joffru s-servizz tagħhom bħala Ushers fil-Knisja u lil dawk li jixtiequ ikunu Letturi. 3. Nhar il-Ħadd li ġej […]