Posts by Administrator
IS-SIBT, 9 TA’ APRIL, 2016
OFFRI WARDA LIS-SULTANA TAGHNA TAL-QALB TA’ GESU
Fid-Deżert ta’ Makran
Ir-Raba’ Ħadd ta’ l-Għid (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (10:27-30) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta. F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ […]
Ir-4 Ħadd tal-Għid Sena Ċ – Mnn Elizabeth Farrugia
Ħsieb spiritwali skont il-liturgija tal-Ħadd. A spiritual thought about the Sunday Liturgy.
AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 10 TA’ APRIL, 2016
Illum fil-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu fl-4.00 pm se ssir il-laqgħa tal-Acies bil-quddiesa. Huma mistiedna l-membri tal-Leġjun ta’ Marija u l-awżiljari. It-Tnejn u t-Tlieta fis-7.00 pm se jiltaqa’ l-Kor Parrokkjali. It-Tlieta: Jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani. Il-Ħamis: Fil-5.30 pm Adorazzjoni u fis-7.00 pm Lectio Divina. Minn ħdejn il-bibien tal-knisja tistgħu tiġbru r-rivista Flimkien […]
AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 3 TA’ APRIL, 2016
ILLUM qed niċċelebraw il-FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA. Ser ikun hawn Adorazzjoni fil-5.30pm u wara Quddiesa fis-6.30pm. Fis-7.30pm ser jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza. It-Tnejn: Fid-9.30am laqgħa għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. It-Tlieta: Jitkomplew t-tberik u ż-żjarat tal-familji fi Triq Viani. L-Erbgħa: Fid-9.30am fiċ-Ċentru Parrokkjali, il-Kummissjoni Anzjani ser torganizza taħdita dwar il-Wasteserv. Kulħadd huwa mistieden. Il-Ħamis: […]
L-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Lætitia: dwar l-Imħabba fil-Familja’
Sommarju tal-Eżortazzjoni Appostolika Friday 08 April 2016 Amoris lætitia (AL – “Il-ferħ tal-imħabba”), l-Eżortazzjoni appostolika post-sinodali “fuq l-imħabba fil-familja”, mhux b’kumbinazzjoni mogħtija fid-19 ta’ Marzu, Solennità ta’ San Ġużepp, tiġbor ir-riżultati taż-żewġ Sinodi fuq il-familja msejħa mill-Papa Franġisku fl-2014 u fl-2015, li r-Relazzjonijiet finali tagħhom huma kkwotati spiss, flimkien ma’ dokumenti u tagħlim ieħor tal-Predeċessuri […]
Ippubblikata l-pożizzjoni tal-Knisja dwar il-familja
Minn Marion Zammit – 08/04/16 Mill-Belt tal-Vatikan ġiet ippubblikata l-Eżortazzjoni Appostolika “Il-Ferħ tal-Imħabba”, wara l-analiżi ta’ żewġ Sinodi tal-Isqfijiet dwar il-Familja u Konferenzi Episkopali madwar id-dinja, kif ukoll riflessjoni mill-Iskrittura, kliem Dutturi tal-Knisja u persuni influwenti matul is-sekli. Kif ġie spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan, l-Eżortazzjoni, miktuba kollha kemm hi mill-Papa Franġisku, ma tfittixx li tidentifika […]
The Annunciation of the Lord
We ask God for the grace to bring his divine mercy into the world. Scripture “Then Mary said, ‘Here am I, the servant of the Lord; let it be with me according to your word.’” Luke 1:38 Reflection painting of The AnnunciationIn all of his visitations throughout the world, Pope Francis always takes time to […]
