Posts from 2021

2130 of 103 items

La tibżgħux – Mariella Spiteri Gonzi ofs

by Administrator

La tibżgħux – Għalkemm insibu dan il-messaġġ mijiet ta’ drabi fil-Bibbja xorta waħdaf’qalbna ngħidu li dan mhux possibbli, mhux possibbli li nwarrbu l-biza’ għal kollox.Mingħajr ma rridu nsibu ruħna f’baħar ta’ ħsieb, inkwiet u nuqqas ta’ paċi. Jien naħseb li kulħadd, min ħafna u min anqas, jinkwieta fuq diversi affarijiet: biża’ tal-passat, ta’ ser iġib […]

IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA’ OTTUBRU, 2021

by Administrator

Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi 1. Is-Sibt 9 ta’ Ottubru : 6.30pm Quddiesa u wara nikkommemoraw it-Transitu ta’ Missierna San Franġisk. 2. Il-Ħadd 10 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk. 9.30am Isir it-Tberik tal-Pets fil-Knisja. 3. It-Tnejn 11 ta’ Ottubru : Nagħtu bidu għas-Sena Kateketika fil-Parroċċa tagħna. Matul il-ġimgħa jintbagħtu l-PowerPoint bil-lezzjonijiet […]

Id-Diskors tal-Muntanja – Brigitte Attard ofs

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Il-beatu Rev. Fulton Sheen, fil-ktieb tiegħu ‘Life of Christ’ jgħati dawl mil-lisbaħ fuq id-diskors tal-muntanja u il-Beatitudnijiet u kif dawn rrelatati mas-salib.   L-għolja fejn Ġesù għallem il-Beatitudnijiet u l-għolja tal-Kalvarju huma rrelatati ma’ xulxin u huma inseparabbli.  Ġesù li tela’ jippriedka il-Beatitudnijiet fuq l-ewwel għolja, ma setagħx ma […]

IS-SEBA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ OTTUBRU, 2021

by Administrator

Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi 1. Il-Ħadd 3 ta’ Ottubru : 9.30am Quddiesa tat-Tfal u Jingħata l-Mandat lil Katekisti. Lestejna r-Reġistrazzjoni tal-Katekiżmu : • Min għadu ma’ rreġistrax lil uliedu ifittex li jagħmel dan mill-aktar fis. 2. It-Tnejn 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ San Franġisk ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta. • L-Uffiċċju Parrokkjali jkun […]

San Frangisk ghad ghandu valur illum? – Tony Mahoney ofs

by Administrator

Irridu nammettu, jew le, kulħadd qed ibati f’din il-ħajja, fejn il-faqar qed jiżdied (nħallu l-politika barra). Il-foqra qegħdin magħna dejjem, qalilna Kristu. U forsi mingħajr ma nintebħu, aħna wkoll ‘foqra’ f’ċerti aspetti. Interess lejn il-miżerja u t-tbatija tal-fqar kienet dejjem it-tema prinċipali ta’ Franġisku ta’ Assisi. Għalhekk għandu jkun punt ta’ referenza, l-aktar fi’ żmenijietna, […]

IS-SITTA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 26 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Niċċelebraw it-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni 1. Il-Ġabra għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa : Kienet €588.11. Nirringrazzjawkom. 2. Il-Ħadd 26 ta’ Settembru : 10.30am – 12.00pm Inkomplu nirreġistraw lit-Tfal għall-Katekiżmu fl-Uffiċċju Parrokkjali. 3. Il-Programm tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni jkompli hekk : It-Tnejn 27 u t-Tlieta 28 filgħodu : 10.00am Inżuru lill-Anzjani tal-Parroċċa. 6.30pm Quddiesa bil-Katekeżi fuq San Ġużepp. 4. L-Erbgħa […]

Isma talbna Mulej u salvana – Peter Darmanin ofs

by Administrator

Isma talbna Mulej u salvana. F’kull quddiesa wara l-offertorju qabel it-Talba fuq l-Offerti u t-Talba Ewkaristika, is-saċerdot imil quddiem l-altar ta’ Alla u b’leħen baxx jgħid din it-talba sabiħa: “Ilqagħna, Mulej Alla tagħna, umli u niedma quddiemek u agħmel li jkun jogħġbok dan is-sagrifiċċju li qegħdin noffrulek”. Din it-talba sabiħa hija meħuda mit-talba ta’ Għażarija […]

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 19 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Nilqgħu fostna l-Bastun Mirakoluż ta’ San Ġużepp 1. Dan il-Weekend qed issir il-Ġabra tal-Qabar ta’ Kristu : Għal ħidma li jagħmlu l-Franġiskani fl-Art Imqaddsa speċjalment issa li m’hemmx Pellegrini u Turisti. 2. Ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Klassijiet tal-Katekiżmu : Fl-Uffiċċju Parrokkjali. – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru : Wara l-Quddiesa tad-9.30am. Importanti li jkollna l-FIREM taż-żewġ ġenituri. […]

Il-Mewg tal-Hajja – Joe Debono ofs

by Administrator

Il-Mewg tal-Hajja Kien filghodu kmieni u Gamri qam biex bhal ma kien ihobb jaghmel nhar ta’ Sibt jerhiela  bil-frejgatina tieghu iqatta’ ftit tal-hin jistad.  Kien id-delizzju favorit tieghu u ma damx ma wasal ftit  ‘il-barra mix-xatt u  reha x-xlief fil-bahar u wara ftit beda jwahhal huta wara l-ohra.   Kien qed jiehu pjecir hafna u ma […]

L-ERBGHA U GHOXRIN HADD – IL-HADD, 12 TA’ SETTEMBRU, 2021

by Administrator

Erfa’ s-Salib u Imxi Warajja ! 1. Il-Ġabra Speċjali ta’ nhar il-Ħadd li għadda : Kienet ta’ €464.87. Nirringrazzjawkom. 2. L-Erbgħa 15 ta’ Settembru : Il-Katekisti Antoinette Laferla u Peter Gatt ser jiltaqgħu mal-Kandidati li f’Novembru ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Laqgħa ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali bejn is-6.00pm u s-7.00pm. Importanti li l-Kandidati jattendu. 3. […]