Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi
1. Is-Sibt 9 ta’ Ottubru :
6.30pm Quddiesa u wara nikkommemoraw it-Transitu ta’ Missierna San Franġisk.
2. Il-Ħadd 10 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk.
9.30am Isir it-Tberik tal-Pets fil-Knisja.
3. It-Tnejn 11 ta’ Ottubru : Nagħtu bidu għas-Sena Kateketika fil-Parroċċa tagħna. Matul il-ġimgħa jintbagħtu l-PowerPoint bil-lezzjonijiet għat-Tfal. Hu d-DMIR tal-Ġenituri/Kustodji li jiżguraw li l-Lezzjonijiet isiru.
Importanti li l-Ġenituri/Kustodji jwieġbu għall-emejl għax din tiġi meqjusa għall-finijiet ta’ Rassenja.
It-Tfal irid ikolhom 75% kull sena sabiex ikunu jistgħu jersqu għas-Sagramenti.
Il-Ġenituri li iridu jiffirmaw ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal jiġu fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
4. It-Tnejn 11 ta’ Ottubru : Jibda jsir il-Booking għall-Quddies tal-Mejtin għas-Sena 2022. Il-bookings isiru fis-Sagristija bejn il-Quddies.
5. It-Tlieta 12 ta’ Ottubru : 7.00pm Laqgħa mill-OFS. Il-Kelliem huwa Patri Sandro Overend ofm. Kulħadd hu mistieden.
6. Is-Sibt 16 ta’ Ottubru : 10.00am – 12.00pm Ser isir Seminar importanti għall-Koperaturi Pastorali tal-Unità fis-Sala Parrokkjali tal-Parroċċa ta’ San Girgor. Il-kelliem ewlieni ser ikun l-E.T. Mons Isqof Joe Galea Curmi.
7. Il-Kandidati li l-Ħadd 14 ta’ Novembru ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof : Huma mgħarrfa li kull nhar ta’ Erbgħa se ikollhom il-Laqgħa fiċ-Ċentru fis-6.30pm. Iċ-Ċentru jiftaħ mis-6.00pm sas-7.30pm.
8. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent :
Tagħmel appell urġenti għal donazzjonijiet, biex tixtara mill-aktar fis possibbli, u tiġi installata KALAMITA aktar b’saħħitha, għas-Santwarju. Grazzi tal-ġeneriżita’.
9. Il-FLIMKIEN ta’ Ottubru :
Tinsab fejn il-bibien tal-Knisja biex kull familja tieħu wieħed magħha d-dar.
10. L-Envelopes biex tiktbu lil għeżież Mejtin f’Novembru : Se jkunu fejn il-bibien tal-Knisja mill-ġimgħa d-dieħla. Il-Quddies ta’ filgħaxija jkun Gregorjan għalihom.
11. Id-Djarju 2022 għall-Quddies tal-Għeżież Mejtin : Ikun ‘available’ f’nofs Ottubru.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Mob: 2131 3505 / 7953 7719.