Nilqgħu fostna l-Bastun Mirakoluż ta’ San Ġużepp
1. Dan il-Weekend qed issir il-Ġabra tal-Qabar ta’ Kristu :
Għal ħidma li jagħmlu l-Franġiskani fl-Art Imqaddsa speċjalment issa li m’hemmx Pellegrini u Turisti.
2. Ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Klassijiet tal-Katekiżmu :
Fl-Uffiċċju Parrokkjali.
– Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru : Wara l-Quddiesa tad-9.30am. Importanti li jkollna l-FIREM taż-żewġ ġenituri. Tfal ġodda li ma’ tgħammdux fil-Parroċċa tagħna iġibu Ċertifikat tal-Magħmudija.
3. L-Erbgħa 22 ta’ Settembru : Nibdew iċ-Ċelebrazzjonijiet tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni li jintemmu l-Erbgħa 29 ta’ Settembru. 6.00pm Novena. 6.30pm Quddiesa minn Fr Martin Coleiro ofm u fuq l-Artal jiġi Espost il-Bastun Mirakoluż ta’ San Ġużepp. Jista’ jkollna l-Vestizzjoni ta’ Fratelli u Konsorelli ġodda. 8.00pm Żjara l-Każin Banda Sliema bil-Bastun għan-nies li jinġabru għat-Tombla.
4. Il-Ħamis 23 ta’ Settembru :
10.00am Żjara f’Casa Marija bil-Bastun. 6.30pm Quddiesa b’Katekeżi fuq San Ġużepp.
5. Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru :
10.00am Żjara f’The Imperial bil-Bastun. 6.30pm Quddiesa b’Katekeżi fuq San Ġużepp. 7.30pm Żjara fil-Każin ‘Banda Sliema’ bil-Bastun għall-Membri tal-Każin u tal-Kummissjoni Festi.
6. Is-Sibt 25 ta’ Settembru :
10.00am Żjara għand is-Sorijiet Franġiskani bil-Bastun.
7. Il-Ħadd 26 ta’ Settembru :
Il-Bastun ikun espost fil-Quddies kollu. Kullħadd hu mistieden.
8. Fin-Notice Board hemm ir-Rendikont :
Ta’ kemm infaqna f’Maintenance u bżonnijiet oħra.
Ir-Rendikont huwa minn Awwissu 2020 sa Settembru 2021.
Il-Lift mhux inkluż għax dak daħlet għall-ispiża l-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent.
Grazzi lilkom tal-ġenerożita’ tagħkom għax kollox sar mid-Donazzjonijiet u mill-Pastorali tagħna.
9. Kompetizzjoni tat-Tpinġija għat-Tfal :
Bit-tema “San Franġisk u l-Ambjent”.
Tfal bejn 5 u 9 snin. U bejn 10 u 14 il-sena.
It-Tpinġija tkun fuq Karta A4.
Jaslu għandna sal-Ħadd 3 t’Ottubru.
Iktbu fuqha l-Isem, il-Kunjom u l-Eta’.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.