Posts from 2020

2130 of 86 items

IL-WIEHED U TLETIN HADD TAS-SENA – 1 TA’ NOVEMBRU, 2020

by Administrator

IL-KOMUNITA’ PARROKKJALI SANTWARJU SACRO CUOR TIFRAĦ LIL MONS MARIO GRECH LI ĠIE MAĦTUR KARDINAL. NIFIRĦU U NITOLBU GĦALIH. 1. Il-Ħadd 1 ta’ Novembru : Solennita’ tal-Qaddisin Kollha. 2. It-Tnejn 2 ta’ Novembru infakkru l-Għeżież Mejtin tagħna u nitolbu għalihom. Il-Quddies kollu tax-xaħar ta’ Novembru fis-6.00pm ikun Gregorjan offrut lil Egħżież Mejtin li ktibtu fl-envelopes li […]

Il-ward huwa simbolu tal-imhabba – Tony Mahoney

by Administrator

Il-pagani kienu jinkoronaw l-istatwi tal-allat taghhom bil-kuruni tal-ward. Ghaliex? Ghax il-ward ghalihom kienu simbolu ta’dak li ghandhom f’qalbhom. It-tfajliet vergni, kristjani,  li meta kienu jgorruhom fil-Kolossew ghall-martirju, kienu jilbsu qieshom gharajjes dakinhar tat-tieg. U kienu jilbsu fuq rashom kuruna tal-ward. Kienu jafu, li wara l-mewt sa jiltaqghu mas-Sultan tas-slaten kollha … ma’ Kristu. Wara l-martirju, […]

IT-TLETIN HADD TAS-SENA – 25 TA’ OTTUBRU, 2020

by Administrator

1. Illejla ndawwru L-Arloġġ siegħa lura u nibdew il-ħin tax-xitwa : Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.00pm. 2. Ġabra Ġurnata Missjunarja : €1,179. Grazzi f’isem il-Missjoni. U l-Envelopes għadhom deħlin. Nirringrazzjawkom. 3. Inkunu ‘Dixxipli Ekoloġiċi’ u nibnu dinja aħjar : Hija Inizzjattiva ta’ David Pace O’Shea flimkien mall-Parroċċa. Tingħata Pjanta għad-dar biex issaqquha filwaqt […]

It-Talba tal-Missierna – Bridgitte Attard

by Administrator

Maħbubin ħuti fi Kristu u San Franġisk Fost il-kotba li qrajt matul il-jiem sħan u twal tas-sajf, ‘Ġesu ta’ Nażaret’ ta’ Papa Benedettu XVI inspirani li naqsam magħkom xi ftit ħsibijiet tal-Papa Emeritus fuq it-talb u t-talba tal-Missierna. It-talb, li huwa kliem ta’ mħabba bejna u bejn Alla, m’għandux ikun okkażżjoni biex nidhru, imma jirrekjedi […]

ID-DISA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 18 TA’ OTTUBRU, 2020

by Administrator

JUM DINJI TAL-MISSJONI “One Million Children Praying the Rosary”. 1. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru Ġurnata Missjunarja : L-envelopes se tirċevuhom bil-posta. • L-offerta tgħadduha lill-Kappillan u aħna ngħadduha lill-Uffiċċju Missjunarju. 2. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru : “One Million Children Praying the Rosary”. • It-Tfal tad-dinja kollha huma mħeġġa Jitolbu t-Talba tar-Rużarju bl-iskop li d-dinja tinbidel […]

Alla taghna huwa aktar qawwi minn kull pandemija – Peter Darmanin

by Administrator

Gheziez huti fl-Ordni Frangiskan Sekular,Ilna issa seba’ xhur “maqfula fic-cenaklu” minhabba l-pandemija Covis-19. Seba’ xhur li matulhom il-laqgha taghna ta’ kull nhar ta’ Tlieta kellna kontra qalbna niccahhdu minnha u nikkuntentaw biss b’messagg virtwali li ghal xi whud ma wasalx ghandhom minhabba li ma ghandhomx access ghall-internet.Din is-sitwazzjoni sewdet qalb kulhadd ghax il-laqghat taghna ta’ […]

IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD TAS-SENA

by Administrator

1. Il-Ġabra Obolo San Pietro għall-Papa Franġisku għal karita’ : Kienet €636.19. 2. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru Ġurnata Missjunarja : L-envelopes se tirċevuhom bil-posta. L-offerta tgħadduha lill-Kappillan u aħna ngħadduha lill-Uffiċċju Missjunarju. 3. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru : “One Million Children Praying the Rosary”. • It-Tfal tad-dinja kollha huma mħeġġa Jitolbu t-Talba tar-Rużarju bl-iskop li […]

Nitolbu r-Ruzarju u nhallu lilha tiehu hsieb il-problemi taghna – Cecilia Attard

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk, Kif kien qed joqrob ix-xaghar ta’ Ottubru, ix-xaghar tar-Ruzarju, gietni l-kurzita biex insir naf ftit aktar kif u meta bdiet l-uzanza li jinghad ir-Ruzarju, kif u meta nghaqdu il-versi flimkien tas-Sliema u l-Qaddisa u taghrif iehor dwar il-Missierna. It-talba tal-Missierna nafu li gejja diretta mill-Imghallem taghna stess Sidna Gesu Kristu li, […]

IS-SEBA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 4 TA’ OTTUBRU, 2020

by Administrator

FESTA TA’ MISSIERNA SAN FRANĠISK T’ASSISI 1. Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi. • 9.30am Quddiesa Konċelebrata. Kulħadd huwa mistieden. • Inġibu l-‘pets domestiċi’ fil-knisja għat-Tberik tradizzjonali. • Il-Katekisti jiġi mgħotija l-MANDAT u Ċertifikat għas-Sena 2020 – 2021. • Is-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta’ Ottubru ssir il-Ġabra Obolo San […]

In-nota stunata – Tony Mahoney

by Administrator

Kien sbieħ-il jum fil-Ġnien ta’ Eden. Ir-raġġi b’subajgħom twal roża jdawwlu kullimkien. Il-qtar tan-nida fuq il-weraq jsiru ġawhar. Atmosfera ta’ ferħ kullimkien; tara ż-żagħar tal-iljun jilagħbu mal-ħaruf; il-lupu jilgħab mal-gidi; il-leoparda titmelles mal-mogħoża; il-baqra tredda ż-żagħar tal-iljun; l-agħsafar ibejtu liċ-ċkejknin tagħhom fil-bejtit tas-sriep. Kulħadd paċi ma’ kulħadd. Tassew Ġenna tal-art. Din kienet ix-xena ta’ kuljum, […]