Posts from September 2020

9 Items

In-nota stunata – Tony Mahoney

by Administrator

Kien sbieħ-il jum fil-Ġnien ta’ Eden. Ir-raġġi b’subajgħom twal roża jdawwlu kullimkien. Il-qtar tan-nida fuq il-weraq jsiru ġawhar. Atmosfera ta’ ferħ kullimkien; tara ż-żagħar tal-iljun jilagħbu mal-ħaruf; il-lupu jilgħab mal-gidi; il-leoparda titmelles mal-mogħoża; il-baqra tredda ż-żagħar tal-iljun; l-agħsafar ibejtu liċ-ċkejknin tagħhom fil-bejtit tas-sriep. Kulħadd paċi ma’ kulħadd. Tassew Ġenna tal-art. Din kienet ix-xena ta’ kuljum, […]

IS-SITTA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 27 TA’ SETTEMBRU, 2020

by Administrator

1. It-Tlieta 29 ta’ Settembru : Sentejn mill-Inkoronazzjoni tal-Istatwa Artistika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’. • 6.00pm Novena. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata mall-Ministru Provinċjal ġdid Patri Twanny Chircop ofm. • Mistiedna l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa, il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema u l-Kommunita’ Nisranija. • Titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu ‘Viva Dejjem’. […]

Kulhadd dahal f’qoxortu b’modi differenti – Pauline Darmanin

by Administrator

Gheziez hbieb,Kien hemm zmien meta konna bdejna nserrhu xi ftit mohhna li l-Coronavirus se jibda jbatti! Ma tantx domna sakemm in-numri regghu bdew telghin. Daqsxejn ta mikrobu li ma jidhirx, hlief taht il-mikroskopju fil-laboratorju u gab id-dinja gharkubtejha! Thassru pjanijiet ta’ safar, ta’ tigijiet, ta’ attivitajiet, ghalqu postijiet tax-xoghol, l-edukazzjoni ta’ tfal u zghazagh hadet […]

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 20 TA’ SETTEMBRU, 2020

by Administrator

1. Din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq : It-Tnejn għax hi Festa pubblika. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Gwardjani u l-Ekonomi se ningabru għal 3 ijiem laqgħat ta’ Formazzjoni. F’każ urġenti ċemplu lil Kappillan. 2. Infakkru lil Letturi u Animaturi fil-Kors għalihom : • Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Stella Maris. 3. It-Tlieta 29 […]

Taghliema kbira – Joe Gatt

by Administrator

Għeżież ħuti f’San Franġisk, Ivan, tfajjel waħdieni, bin biljunarju imrobbi ma’ ġenituri divorzjati, u allura jqatta’ ġimgħa ma’ ommu u ġimgħa ma’ missieru, kien jgħix ħajja lussuża u imfissda. Il-ġenituri jimpikaw bejniethom minn min ifissed fih l-aktar. Darba il-missier ħass li Ivan qatt ma wera apprezzament ta’ kull ma għandu u qatt ma semgħu għid […]

L-ERBGHA’ U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 13 TA’ SETTEMBRU, 2020

by Administrator

1. Kandidati li ser jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni : Illum il-Ħadd fid-9.30am. Dawn huma : Ellezia Cardona, Jayden Ellul, Edrienne Galea, Keyah Mangion, Marie Angele Oliver, Jade Muscat, Matthias Ciantar. Oħrajn irċevewha fi knejjes oħra. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am biex nagħtu ċans il-funzjoni tintemm. 2. Ġabra Speċjali kienet : 734 Ewro. Nirringrazzjawkom. 3. Infakkru lil Letturi […]

Il-Vitorja – Peter Darmanin

by Administrator

IL-VITORJA Huti fl-ispirtu Frangiskan, Ghaddew sitt xhur mill-ahhar laqgha taghna flimkien u kemm baqa’ ma nafux. Nafu zgur, kif jghid il-Malti, li kull deni hudu b’gid. Imma hemm bzonn ta’ doza qawwija ta’ fidi f’Dak li triqatu m’humiex it-triqat taghna. Jiena personalment nemmen li b’rizultat tal-epidemija Covid-19, il-Fraternita taghna skoprit talent kbir fost il-membri taghna […]

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 6 TA’ SETTEMBRU, 2020

by Administrator

1. Tfal li ser jirċievu l-1 Tqarbina fil-Parroċċa tagħna għada l-Ħadd 6 ta’ Settembru fid-9.30am: Rachael Borg Saydon / Dean Cachia / Javier Calleja / Ben Camilleri / Colette Cassar Jones / Daniel Gatt / Sher Dempster Gauci / Beatrice Pianciamore / Nick Polidano / Paolo Salomone / Jack Schembri / Yan Spiteri / Faith […]

Xi tfisser għalija li nkun parti minn din il-familja Franġiskana – Mariella Spiteri Gonzi

by Administrator

Għeżież ħuti Franġiskani, Il-paċi magħkom. Kemm ħadt pjaċir meta Peter ċempilli biex nikteb messaġġ żgħir lil ħuti ta’ OFS! Meta ngħaqadt mal-familja tal-OFS ħassejtni mhux biss parti minn familja magħquda imma ukoll parti minn grupp tan-nies li għandhom l-istess għan. Għalhekk ħassejt il-vojt f’dawn ix-xhur li ma stajniex niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta. Xtaqt li […]