1. It-Tlieta 29 ta’ Settembru : Sentejn mill-Inkoronazzjoni tal-Istatwa Artistika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’.
• 6.00pm Novena. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata mall-Ministru Provinċjal ġdid Patri Twanny Chircop ofm.
• Mistiedna l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa, il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema u l-Kommunita’ Nisranija.
• Titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu ‘Viva Dejjem’.
2. Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi.
• 9.30am Quddiesa Konċelebrata bil-Parteċipazzjoni tal-Għaqdiet tal-Parroċċa, Il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema.
• Din is-sena hu permess li jinġiebu ‘pets domestiċi’ fil-knisja għat-Tberik tradizzjonali.
• Il-Katekisti jiġi mgħotija l-MANDAT u Ċertifikat għas-Sena 2020 – 2021.
• Is-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta’ Ottubru ssir il-Ġabra Obolo San Pietro għall-Papa Franġisku : Biex titqassam karita’.
3. Katekiżmu tat-Tfal : Il-Kappillan u l-Katekisti ddeċidew li l-Katekiżmu jsir ‘Online’ bil-Powerpoints li tintbagħad darba fil-ġimgħa minħabba l-COVID-19.
• Ġenituri ser tirċievi Ċirkulari bid-dettalji dwar ir-Reġistrazzjoni u dettalji oħra inkluż ix-xiri tal-kotba.
4. Sejħa għal iktar Membri fil-Kor Parrokkjali : Nirringrazzjaw lil Tony Perry ġentilment reġa’ fostna bħala Surmast tal-Kor li ser imexxi l-Quddiesa tat-2 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni, il-Festa ta’ San Franġisk u jipprepara għall-Milied.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.