1. Din il-ġimgħa l-Uffiċċju Parrokkjali jkun magħluq : It-Tnejn għax hi Festa pubblika. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Gwardjani u l-Ekonomi se ningabru għal 3 ijiem laqgħat ta’ Formazzjoni. F’każ urġenti ċemplu lil Kappillan.
2. Infakkru lil Letturi u Animaturi fil-Kors għalihom :
• Il-Ġimgħa, 25 ta’ Settembru fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Stella Maris.
3. It-Tlieta 29 ta’ Settembru : It-II Anniversarju mill-Inkoronazzjoni tal-Istatwa Artistika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’.
• 6.00pm Novena. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata mall-Ministru Provinċjal ġdid Patri Twanny Chircop ofm.
• Mistiedna l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa, il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema u l-Kommunita’ Nisranija.
• Titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu ‘Viva Dejjem’.
4. Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi.
• 9.30am Quddiesa Konċelebrata bil-Parteċipazzjoni tal-Għaqdiet tal-Parroċċa, Il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema.
• Din is-sena hu permess li jinġiebu ‘pets domestiċi’ fil-knisja għat-Tberik tradizzjonali.
5. Katekiżmu tat-Tfal : Il-Kappillan u l-Katekisti ddeċidew li l-Katekiżmu jsir ‘Online’ permezz ta’ Powerpoint li tintbagħad darba fil-ġimgħa minħabba l-COVID-19. Ġenituri ser tirċievi Ċirkulari bid-dettalji dwar ir-Reġistrazzjoni u dak kollu relatat mal-Katekiżmu.
6. Il-Kummissjoni Festa tavża : Li l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru se ssir attivita’ b’risq il-Festa. Se tkun ‘take away delivery’. L-ikel ordnat jitwassal id-dar. L-attivitajiet jinsabu fil-poster u l-menu fin-notice board u ċemplu fuq it-telefons li hemm miktub. Bingo nhar t’Erbgħa u l-Ħadd fis-7.30pm fil-Każin. Sar ‘risk assessment’ mill-awtorita’ tas-saħħa u jistgħu jidħlu ammont ta’ nies. Ir-regolamenti relatati mall-covid-19 qed jiġu osservati. Fosthom id-distanza u jiġu ffumigati l-imwejjed u s-siġġijiet.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.