Posts from August 2020

6 Items

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD TAS-SENA – 30 TA’ AWWISSU, 2020

by Administrator

1. Inkomplu nagħmlu sejħa għal Helpers Mhux Vulnerabbli : Biex jieħdu t-Temperatura lil parruċċani qabel il-Quddiesa. 2. Il-Ħamis 3 ta’ Settembru : 7.00pm Prova ġenerali fil-Knisja tagħna taċ-Ċerimonja tal-Ewwel Tqarbina. It-Tfal u l-Ġenituri huma mħeġġa li jattendu. 3. Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet noħorġu nżuru l-Morda u l-Anzjani fi djarhom […]

Il-holm… dejjem ikun holm – Tony Mahoney

by Administrator

IL-ĦOLM… DEJJEM IKUN ĦOLM? Ftit huma dawk li ma jħobbux il-ġobon, l-aktar daż-żmien meta għandna għażla kbira ta’ dan l-ikel: gruyere, mascarpone, parmiġġjan, brie, feta, gouda, emmental, cheddar, mozzarella u ħafna oħrajn. Interessanti ħafna hija dak li qal Alfred Hitchcock, il-magħruf drammaturgu. Darba stqarr li qabel jorqod kien jiekol ħafna ġobon għax permezz t’hekk kien […]

Naghmlu dak li jghidilna u ruhna tkun tixbah dik ta’ Marija – Cecilia Attard

by Administrator

Gheziez Huti f’San Frangisk, Ghalkemm ix-xaghar ta’ Awwissu jgorr mieghu hafna shana, igib mieghu festa importanti ta’ Marija Imtella s-Sema bir-Ruh u l-Gisem biex toqghod hdejn l-Iben il-wahdieni Taghha .  Xhieda ta’ kemm din il-festa hi mportanti hafna ghalina l-Maltin hu l-fatt li ghandna numru kbir ta’ bliet u rhula li jiccelebrawha.  Hija festa kbira […]

Xi tfisser tkun fqir? – Pauline Darmanin

by Administrator

Gheziez hbieb, Illum il-11 ta Awwissu, Il-Knisja tiddedikah lil Santa Klara, l-ewwel mara li mxiet wara Missierna San Frangisk, u tat bidu ma numru ta’ xebbiet ohra ghat-Tieni Ordni Frangiskan. Frangisku kien diga waqqaf l-Ewwel Ordni, dik li baqghet maghrufa bhala l-Ordni tal-Frangiskani Minuri. U ahna l-Frangiskani Sekulari, niffurmaw it-Tielet Ordni, li bdiet minn xewqa […]

Min HU Sidna Gesu’ Kristu? – Joe Debono

by Administrator

Gheziz huti frangiskani , Il- Ministru taghna talabni sabiex nikteb kelmtejn biex bihom nipprova nghaddilkom messagg ckejken bhal ma qed jaghmlu ta’ kull gimgha hutna fl-Ordni Frangiskan Sekular kull nhar ta’ Tlieta biex b’hekk nibqghu nzommu l-ghaqda shiha li dejjem kellna bejnietna. Ghalhekk jien ser nistaqsikom mistaqsija semplici li forsi gie li smajtuha. Min HU […]

IT-TMINTAX-IL HADD TAS-SENA – IL-HADD, 18 TA AWWISSU, 2020

by Administrator

FESTA TAL-INDULĠENZA TAL-PORZIUNCOLA Il-Kungress Kapitulari wara l-Kapitlu Franġiskan ġie fi tmiemu. Il-Ministru Provinċjal Patri Twanny Chircop ofm qassam il-familji fid-djar tagħna. Hawn tas-Sliema se nkunu 6 Patrijijet : • Fr Paul Attard ofm – Gwardjan, Rettur, Kappillan u Direttur taċ-Ċentru Parrokkjali. • Fr Stephen Sciberras ofm – Vigarju, Viċi Kappillan, Ekonomu. • Fr Norbert Ellul […]