1. Inkomplu nagħmlu sejħa għal Helpers Mhux Vulnerabbli : Biex jieħdu t-Temperatura lil parruċċani qabel il-Quddiesa.
2. Il-Ħamis 3 ta’ Settembru : 7.00pm Prova ġenerali fil-Knisja tagħna taċ-Ċerimonja tal-Ewwel Tqarbina. It-Tfal u l-Ġenituri huma mħeġġa li jattendu.
3. Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet noħorġu nżuru l-Morda u l-Anzjani fi djarhom għall-Qrar u Tqarbin.
4. Il-Hadd 6 ta’ Settembru : 9.30am L-Ewwel Tqarbina. Minħabba li l-ispazju hu limitat, inħallu l-postijiet għall-Ġenituri u familjat tat-tfal. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am minħabba ċ-Ċerimonja ta’ qabel.
5. Infakkru lil Letturi u Animaturi fil-Kors ta’ 3 Laqgħat : Il-Ġimgħa 11, 18 u 25 ta’ Settembru fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Stella Marisa.
6. Għall-Qrar : Iddeċidejna l-Patrijiet li min ikun ser jiċċelebra l-Quddiesa, ikun ‘available’ għal Qrar nofs siegħa qabel il-quddiesa fil-post tal-Qrar fejn is-Sagristija.
7. Il-Fondazzjoni : Manutenzjoni Santwarju / Kunvent ġentilment tfakkar li qed tagħmel kampanja ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-‘Lift’ tas-Santwarju u l-Kunvent. Is-Somma miġbura s’issa hija ta’ 10,625 Ewro. Kull għajnuna hi apprezzata.
8. Għall-Ħarsien ta’ Saħħitna : Infakkar biex fil-Knisja kulħadd jilbes Maskra jew Visor li issa hi obligatorja.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.