Posts from 2016

6170 of 382 items

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 16 TA’ OTTUBRU, 2016

by Administrator

Il-Fraternita Franġiskana tirringrazzja mill-qalb lil kull wieħed u waħda minkom tal-presenza u s-sehem li tajtu fil-festi f’ġieħ Missierna San Franġisk. It-Tnejn: Fl-4.30pm tluq mis-Savoy bus stop għall-pellegrinaġġ tal-Ġublew fl-Imdina organizzat mill-Provinċja tagħna. Dakinhar l-Uffiċċju Parrokkjali mhux se jiftaħ. L-Erbgħa : Fid-9.30am se jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li se jibda fil-11 ta’ Jannar 2017. Fl-istess […]

AĦBARIJIET TAL-PARROĊĊA – IL-ĦADD, 9 TA’ OTTUBRU, 2016

by Administrator

Matul din il-ġimgħa ngħaqad mal-fraternita’ tagħna Fra Clive Camilleri O.F.M. Nitolbu għalih fil-mixja li issa qed jgħamel għad-Djakonat. Illum (Il-Ħadd) Il-quddiesa tal-11.00 am se jsir fuq iz-zuntier bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-Banda Sliema. Wara se jsir it-tberik tal-annimali. Fis-1.00pm ikla tradizzjonali fil-bitħa tal-Każin. Prezz €15. It-Tnejn: Fid-9.30am laqgħa tal-Fratellanza tas-SS.mu Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. It-Tlieta: […]

Talba ta’ San Fraġisk – Tifħir lil Alla l-Għoli

by Administrator

Talba ta’ San Fraġisk – Tifħir lil Alla l-Għoli Int qaddis, Mulej Alla wieħed, li tagħmel ħwejjeġ tal-għaġeb, Int qawwi, Int kbir, Int l-Aktar Għoli, Int is-Sultan li tista’ kollox, Int Missier Qaddis, Sultan tas-sema u l-art, Int, wieħed-u- tlieta, Mulej Alla fuq l-allat, Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla ħaj u […]

Talba ta’ San Franġisk Quddiem il-Kurċifiss

by Administrator

Talba ta’ San Franġisk Quddiem il-Kurċifiss O Alla, l-aktar Goli u Glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi, sawwab fija fidi vera, tama ċerta u mħabba perfetta. Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.