Posts from November 2015

5 Items

Talba ta’ Filgħaxija

by Administrator

Radd tas-Salib.. Missierna.. Sliema..Glorja… Mulejja, nadurak u nħobbok b’qalbi kollha, Mulejja, niżżik ħajr li żammejtni ħaj matul dan il-jum. Mulej, aħfirli dnubieti u ilqa’ l-għemil tajjeb li għamilt f’dan il-jum, Mulejja, ħarisni ma’ tul dan il-lejl u żommni fil-grazzja tiegħek. Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlagħli l-grazzja li noħroġ minnha mingħajr ħtija. Ġesu, Ġużeppi, […]

Offerta ta’ Kuljum

by Administrator

Ħelu Missier ta’ l-Imbierek Ġesu Kristu, Sinjur u Imgħallem tiegħi, lilek noffri flimkien mal-pjagi divini tiegħu, kulma nagħmel u kulma nbati l-lum, sabiex nagħrfek b’Alla wieħed u b’Ħallieq tiegħi: biex nirringrazzjak għall-imħabba tiegħek lejna: sabiex lilek, Sinjur ġust u qaddis, jien nipplaka lejja, imsejken midneb, u biex mit-teżori tiegħek niġbed għalija u għall-proxxmu tiegħi d-doni […]

Talba ta’ Filgħodu

by Administrator

Talba ta’ Filgħodu Radd tas-Salib, Missierna, Sliema, Glorja… Mulejja, nadurak u nagħrfek b’Sid tiegħi u b’Sid il-ħlejjaq kollha. Mulejja, niżżik ħajr li ħlaqtni, għamiltni nisrani u żammejtni ħaj s’issa. Mulejja, agħtini l-grazzji li neħtieg: Fuq kollox, żommni bogħod mid-dnub, u dejjem fil-grazzja tiegħek. Marija Santissima, kun int l-Omm tiegħi; Anġlu li tħarisni, Qaddisin proteturi tiegħi: […]

Il-President Emeritus

by Administrator

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Luqa (21:25 – 28, 34 -36) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta.

GHALFEJN TWAQQFET IL-FONDAZZJONI?

by Administrator

L-iskema: “Ġbir ta’ Fondi b’riżq ir-restawr tal-Knisja” li l-Parroċċa nehdiet fis-sena 2011, barra li kienet suċċess kbir għax inġabret is-somma ta €86,000, għallmitna lezzjoni kbira. Ma jagħmilx sens li l-ewwel nistennew li ssir il-ħsara u wara nagħmlu skema għall-ġbir ta’ fondi biex tissewwa l-ħsara. Il-Malti jgħid: “Erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn.” Imqanqla mis-sens […]