L-iskema: “Ġbir ta’ Fondi b’riżq ir-restawr tal-Knisja” li l-Parroċċa nehdiet fis-sena 2011, barra li kienet suċċess kbir għax inġabret is-somma ta €86,000, għallmitna lezzjoni kbira.
Ma jagħmilx sens li l-ewwel nistennew li ssir il-ħsara u wara nagħmlu skema għall-ġbir ta’ fondi biex tissewwa l-ħsara. Il-Malti jgħid: “Erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn.”
Imqanqla mis-sens komun, ġie deċiż li l-Parrocca twaqqaf FONDAZZJONI PERPETWA bl-iskop li jinġabru l-fondi meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għal xi ħsarat jew manutenzjoni fil-Knisja jew fil-Kunvent li jagħmel mill-Knisja. Bħal kull proprjetà oħra, kemm il-Knisja Parrokkjali, kif ukoll il-Kunvent, li ilhom li nbnew, jeħtiġilhom manutenzjoni kbira.
Naturalment, ma tistax tirranġa kollox f’daqqa u jkollok tagħmel lista ta’ prijoritajiet.
Il-FONDAZZJONI ġiet imwaqqfa fuq inizzjattiva ta’ Peter Darmanin bl-approvazzjoni tal-Gwardjan tal-Kunvent, Patri Pawl Galea OFM, flimkien mal-Fraternità Franġiskana, fil-ġranet sbieħ tal-Milied 2014, u huwa fatt li l-Parroċċani fehmu mill-ewwel il-ħtieġa tagħha.
Jekk tixtieq tagħti donazzjoni b’rizq il-FONDAZZJONI, tista’ tagħmel depożitu f’dan il-kont kurrenti mal-Mediterranean Bank li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt.
Tista’ wkoll, tibgħat ċekk pagabbli lil PATRI PAWL GALEA OFM f’dan l-indirizz: Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani, Triq il-Karmnu, Sliema, Malta.
IBAN: MT46MBWM071130000002M6205720107
BIC CODE: MBWMMTMT
ISEM TAL-KONT: Paul Galea u Peter Darmanin u/jew Eddie Pace
0 Comments