TAGĦRIF IMPORTANTI DWAR IL-MARATONA
1. DATA: 13 ta’ Marzu, 2016. POST: Ċentru Parrokkjali, Triq San Ġwann Battista, Sliema.
2. Il-bibien jinfetħu fit-8.30am.
3. Il-Maratona tibda eżatt fid-9.00am u tispiċċa fis-6.00pm.
4. L-użu tal-mobajl huwa restritt ħafna (penitenza).
5. Il-Maratona ser issir b’risq id-Dar tal-Providenza
6. Mar-Reġistrazzjoni għandha tingħata donazzjoni ta’ €5.
7. Agħmlu l-mezz li tiġbru xi donazzjonijiet mingħand il-ħbieb jew tal-familja.
8. Fuq il-Formola għandkom it-timbru tal-Parroċċa biex jawtorizzakom tiġbru d-donazzjonjiet.
9. Ser ikun hemm premjijiet għall-ewwel tlieta li jiġbru l-aktar flus. Id-deċiżjoni tal-Gwardjan u tal-Kappillan hija FINALI. Min jiġbor l-aktar flus jingħata “Barka Speċjali Personali” mill-
Ministru Ġeneral tal-Ordni Minuri Franġiskan.
10. Ġibu magħkom il-formola tar-Reġistrazzjoni flimkien mal-flus miġbura.
11. Anke jekk ma tiġbru xejn, IMPORTANTI li ġġibu l-Formola magħkom.
12. Tingħataw irċevuta uffiċċjali.
13. Iġġibux ikel magħkom, jekk mhux għal raġunijiet ta’ mard/saħħa.
14. Min ma jistax jagħmel il-Maratona kollha, jista jagħmel parti minnha.
15. Ser ikun hemm żewġ waqfiet għall-kafè.
16. Rigward l-ilma tax-xorb, kulħadd huwa mitlub li jaħseb għall-fliexken tiegħu.
17. Matul il-Maratona ser ikun hemm programm sabiħ u varjat ħafna.
18. Ser ikun hemm Quddiesa, taħditiet qosra, talb qasir, kant, videos, powerpoints u ħwejjeġ oħra.
19. Ser ikun hemm ukoll servizz ta’ qrar u counselling minn minn Dun Pawl Camilleri mill-Furjana.
20. Ser jingħataw Ċertifikati ta’ Parteċipazzjoni lil kull parteċipant waqt Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’ġurnata li titħabbar waqt il-Maratona.
21. Ser ikollna s-servizzi ta’ żewġ nurses u tabib ‘on call’ f’każ ta’ bżonn.
22. Il-flus kollha miġbura jingħataw lid-Dar tal-Providenza fil-Maratona tad-Dar tal-Providenza fl-1 ta’ Jannar, 2017.
23. Il-Maratona hija miftuħa ghal kulħadd, anki għal dawk barra l-Parroċċa.
24. Ħajru lil ħbiebkom jew qrabatkom biex jingħaqdu magħkom f’din il-Maratona.
Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21414750 jew 99762775.
0 Comments