Dak li jinghad kien successur den ta’ Albert Einstein, ghall-intelligenza tieghu, miet ta’ 76 sena. Hajja straordinarja, u xjentista mill-akbar, u fl-istess hin, wiehed li qatt ma wasal biex jifhem li mix-xejn ma jigi xejn, u li d-dinja hija holqien ta’ l-gherf kbir ta’ xi hadd. Ghex u miet jichad lil Alla.

Marad ta’ 21 sena, u t-tobba iddecidew li ma kienx hemm cans ta’ hajja u riedu jnehhulu l-pajpijiet u jhalluh imut. Martu ma qablitx. Tawh biss sentejn hajja, imma mbaghad ghex sa dil-gimgha. Miet ta’ 76 sena maghruf ghal xoghlu fuq quantum physics, black holes u ghall-studju fuq teorija ta’ kosmologija gdida.

 

“Il-mira tieghi hija semplici, li nifhem kompletament dan l-univers, u ghaliex hu kif inhu, u ghaliex fuq kollox
jezisti.”

A Brief history of Time
Il-ktieb famuz tieghu, A Brief History of Time, bellah lill-miljuni li xtrawh – minghajr ma qrawh, ghax kien tqil wisq. Almenu hekk jinghad dejjem.

Izzewweg darbtejn u ddivorzja darbtejn, u kellu tliet itfal mill-l- ewwel mara. Il-marda tieghu “degenerative motor neuron disease”, hallietu f’wheelchair ipparalizzat ghal kollox, u jitkellem biss permezz ta’ lehen elettroniku. B’danakollu siefer kullimkien, thaddet fl-aqwa universitatjiet, u sar professur Cambridge, fejn miet. Kien ateju, b’vizjoni ta’ hajja li taghmel sens biss bl-imhabba tal-bnedmin bejniethom.

Dejjem stqarr li dak li kkonvincih jibqa’ sejjer kien l-istudju u s-sense of humour li kellu. F’intervista qal li ghalkemm ta’ 21 sena waqghet l-isventura fuqu, hajtu kollha kienet privileggata ghax, ta’ professur kien mehlus minn hafna xoghol iehor u seta’ jiddedika hinu kollu ghall-istudju, u dejjem sab min ihobbu u jghinu. Jghid li huwa mportanti li ma tirrabjax f’hajtek ghax titlef it-tama – u jghid li ahjar titghallem tidhaq bik innifsek.

Wara l-mewt m’hemm xejn

Nifmuh ahjar jekk naraw xi kwotazzjonijiet tieghu bhal, “Il-hajja kienet tkun tragika kieku ma kinitx tad-dahq.” Kien iqis l-umanita “bhala xadini avvanzati fuq pjaneta ta’ kewkba xejn specjai. Imma nistghu nifhmu l-univers, u dan jaghmilna specjali”.

“L-ghadu l-kbir tal-gherf mhuwiex l-injoranza, imma l-illuzjoni li taf xi haga,” darba qal, kif ukoll, “Il-mira tieghi hija semplici, li nifhem kompletament dan l-univers, u ghaliex hu kif inhu, u ghaliex fuq kollox jezisti.”

Dejjem eskluda lil Alla: ‘‘I believe the simplest explanation is, there is no God. No one created the universe and no one directs our fate. This leads me to a profound realization that there probably is no heaven and no afterlife either. We have this one life to appreciate the grand design of the universe and for that, I am extremely grateful.’’ Ghalih din il-hajja hija kollox, u wara l-mewt m’hemm xejn. Pacenzja.

Liberu fil-hsieb
Minkejja l-paralisi tieghu kien ihoss li kien liberu fil-hsieb, imma kien jibza’ mill-gejjieni tar-robots li forsi ghad jeghlbuna. Fuq kollox, qal, “Qeghdin nipperikolaw lilna nfusna bir-reghba u stupidita fuq din il-gzira ckejkna mhammga u ffullata.”

Hawking kien membru stmat hafna tal-Akkademja Pontifika tax-Xjenza, li stqarret is-soghba taghha ghall-mewt ta’ membru li hadem ghal djalogu effettiv bejn ix-xjenza u l-fidi. Hawking iltaqa’ ma’ erba’ Papiet.

Kien Paul VI li nnomina lil Hawking membru tal-Akkademja tax-Xjenza, fl-1986. Recentement Hawking iltaqa’ mal-Papa Frangisku meta tkellem fuq "The Origin of the Universe" f’sessjoni plenarja tal-Akkademja fl-2016.

L-Astronomu tal-Vatikan, il-Gizwita Guy Consolmagno, stqarr f’intervista ghar-radjo fl-2010 li dak “alla” li kien qed jirrifjuta li jemmen fih Stephen Hawking, lanqas hu ma jemmen fih. Hafna drabi, meta nies jghidulna li ma jemmnux li Alla huwa kattiv ecc., skont kif jarawh huma, lanqas ahna ma nemmnu f’xi alla hekk. Dak mhux alla taghna.

Jissokta, “Alla [taghna] mhuwiex xi qawwa ohra fl-univers, bhalma hija l-gravita jew l-elettriku. Alla huwa ir-raguni biex l-ezistenza innifisha tezisti. Alla huwa ir-raguni ghaliex l-ispazju u z-zmien u l-ligijiet tan-natura jistghu jezistu biex il-qawwiet li Stephen Hawking jitkellem dwarhom, jistghu joperaw.”