Gheziez huti Frangiskani, Paci u Gid.

Kif intom? Kulhadd qed jobdi t-twissijiet tal-Awtoritajiet tas-Sahha?


Kif tafu, ir-Randan ghadda, addio Maratona, addio Zjara Frangiskan. Il-Gimgha Mqaddsa ghaddiet bis-Santwarju vojt mill-parruccani. L-Ghid Imqaddes gie u ghadda. Grazzi ghat-teknologija u ghal-Fraternita Frangiskana Parrokkjali stajna ngawdu l-gmiel tal-funzjonijiet religjuzi minn djarna stess.

Sewwa jghidu li l-oggett meta titilfu tapprezzah. Il-virus qerriedi li gab id-dinja kollha gharkuptejha u wera l-frugha tad-dinja, ressaqna izjed lejn xulxin bhala fraternita imma fuq kollox, fis-skiet ta’ qalbna u darna tfawwret fina x-xewqa li nkunu aktar qrib il-Mulej permezz tas-sagramenti imma l-aktar bl-Ewkaristija Mqaddsa. Nixxenqu u nittamaw f’dak il-jum li nergghu nircievu lil Gesu sagramentalment. Kos, kif jahdem il-Mulej hux? Alla taghna jkellmina fis-skiet u dan “l-imbierek” virus qed inigges il-kuxjenza tal-bniedem u huma hafna dawk li qed jirrealizzaw li m’ahna assolutament xejn u Alla hu Kollox.

Jiena u Pauline ta’ spiss insemmu l-esperjenza providenzjali li Alla l-Missier tana jumejn qabel ma’ lkoll kemm ahna, bhall-Appostli, dhalna fic-cenaklu taghna, imsakkar u imbarrat, mhux mill-biza tal-Lhud imma mill-biza ta’ daqsxejn ta’ virus, invizibbli ghal ghajnejna, imma qawwi aktar minn kull terremot ghax laqat id-dinja kollha bla eccezzjoni u kaxkar il-vizzji kollha tal-bniedem b’aktar forza minn kull tsunami.

Qed nirreferi ghall-irtir li ghamilna, grazzi ghal Patri Julian Sammut, religjuz mimli spirtu Frangiskan, fl-10 ta’ Marzu ghand il-Klarissi. Kos hux, innutajtu xi haga? Dawk l-erwieh qaddisa ta’ sorijiet ilhom snin kbar maqfulin gol-kunvent taghhom. Maqfulin mid-dinja u ghad-dinja. Mhux bezghana bhall-Appostli fic-Cenaklu imma miftuhin ghal Alla, ferhanin fl-ghaqda ta’ bejniethom, f’hajja ta’ faqar, talb u sagrificcji ghas-salvazzjoni ta’ huthom il-bnedmin, taghna lkoll.

Mur ghidilna li jumejn biss wara, kellna lkoll kemm ahna ninqaflu go darna, klawsura (!!), imwerwrin u bezghana ghal sahhitna, ‘l boghod mill-gheziez taghna u sajjmin mill-hlewwa u l-benna tal-Liturgija Mqaddsa u l-qawwa tas-Sagramenti.

Ninsabu fil-gimgha tal-Hniena Divina. Nhar il-Hadd huwa Jum il-Hniena Divina. Matul din il-gimgha u l-aktar nhar il-Hadd nirriflettu fuq hajjitna, fuq id-debbolezza taghna, fuq in-nuqqasijiet taghna u fuq id-dnubiet taghna. Huwa mument qaddis li fih nistqarru l-Indiema Perfetta taghna ta’ dnubietna u nixhtu l-harsa taghna fuq il-Kustat Imqaddes tas-Sinjur taghna Gesu Kristu li minnu hareg demm prezzjuz u ilma safi. J’Alla l-harsa taghna tkun bhal harsa ta’ Pietru lejn Kristu, wara li cahdu, harsa ta’ soghba u ndiema perfetta.

J’Alla l-harsa tal-Hniena Divina lejn kull wiehed u wahda minna, mimlija bil-qawwa ta’ l-Ispirtu S-Santu, tibdilna f’appostli Frangiskani konvinti, biex meta bhall-Appostli, nohorgu mic-cenaklu impost fuqna, inkunu verament id-Dawl u l-Melh ghal hutna l-bnedmin.

Il-Kelma ta’ Kristu hija vera u hajja anki f’dawn il-mumenti li ghaddejjin minnhom.

Irriflettu ftit fuq kliem Gesu:-
La tibzghux. Jien nibqa maghkom sa l-ahhar tad-dinja
Min irid jigi warajja jichad lilu nnifsu, jerfa salibu ta’ kuljum…
Ejjew ghandi intom li tinsabu mtaqqlin u ghajjenin
Ftakkru fl-ghasfur tal-bejt
Il-lejla stess tkun il-Genna mieghi
Hobbu ‘l xulxin kif habbejtkom Jien

Filwaqt li nsellem lil kull wiehed u wahda minnkom, nixtieqilkom kull barka minn Kristu Rxott
Tinsew qatt: Kristu qam mill-mewt, kif kien qal. Resurexit sicut dixit. Alleliua.

Hutkom

Peter, ofs