Gheziez hbieb,
Il-granet gerrbu f’gimghat u llum 21 t’April naghlqu erbghin jum minn meta obdejna d-Direttiva tas-Sahha, “Oqoghdu d-Dar.”
Ghadda r-Randan u ghaddew l-Festi ta’ l-Ghid.  Gesu Rxoxt gabilna l-ferh, il-paci, it-tama ta’ hajja gdida fil-qawmien. Imma din is-sena ir-Randan taghna ghadu ghaddej.
Ghadna qeghdin niccahdu mil-laqghat mal-familja, mit-tghanniqa mat-tfal u n-neputijiet, minn passiggata mal-hbieb jew mal-familja.
Ghadna niccahdu u nsumu mill-Ikla tal-Mulej, mill-benna ta’ l-Ewkaristija, mil-konsolazzjoni tac-celebrazzjonijiet liturgici, mill-prezenza taghna ma’ Gesu Sagramentat.
Ikolli nistqarr li matul dawn il-granet kien hemm mumenti meta hassejt it-toqol ta’ dan kollu u kont bdejt noqrob li nsewwed qalbi ghax naqbad nibza li se ndumu wisq biex naraw id-“dawl fit-tarf tal-mina.”
Imma rrealizzajt kemm is-siltiet mill-Evangelju ta’ dawn il-granet jergghu jimlewna bit-tama u l-kuragg bil-messagg  “La Tibzghux” il-frazi tant sinonima mal-Papa San Gwann Pawlu ll.
Dan il-messagg ta’ kuragg insibuh jidwi ma’ l-Iskrittura, mit-Testment il-Qadim, sa matul it-Testment il-Gdid. Kemm-il-darba smajna din il-frazi fis-siltiet mill-Evangelju, “La tibzghux! Huwa Jien!”
Il-Mulej hekk qed jghid lilna wkoll sakemm ghadna ghaddejjin minn dan iz-zmien ta’ prova. Gesu qieghed fuq ix-xatt b’ghajnejh fuqna, jistenniena, biex meta jkun il-mument jaqsam maghna l-Ikla li jkun hejja ghalina kif ghamel ma’ l-Appostli.(Gw. 21,1-12).
U sakemm qeghdin maghluqin, forsi jkun tajjeb li naddottaw il-hsieb tar-Regola Benedittina “Ora et Labora” – Talb u xoghol.
Ejjew mela naghmlu uzu minn dan iz-zmien u mhux nahluh.
Ikun tajjeb sew ghar-ruh kif ukoll ghas-sahha taghna kemm fizika u mentali, li nippjanaw il-gurnata biex ninkludu xoghol, talb, xi ezercizzi (biex niccaqalqu!), mistrieh u xi attivita li toghgobna.
Niftakru li meta noffru dak kollu li naghmlu b’intenzjoni ta’ ghaqda mal-Mulej huwa fih innifsu talb. Noffruh ghal dawk li nhobbu, ghal dawk li qed ibatu, ghal dawk li qeghdin ‘Frontline’ ghalina, u anki ghal dawk li nhossu li ma tantx huma qrib taghna.
Ejjew insibu izjed hin biex it-talb taghna jsir b’aktar riflessjoni, naqbdu izjed l-Iskrittura f’idejna. Bhad-dixxipli ta’ Emmaus ejjew nhallu qalbna titkebbes fil- qari tal-Iskrittura u bhalhom nghidu lil Mulej Gesu “Ibqa’ Maghna”. (Luqa 24, 13-25)
Nawguralkom li sakemm nibqghu f’dan iz-zmien ta’ prova  nibqghu nduru lejn il- Mulej u nlissnu:  “Musbieh ghal riglejja il-Kelma Tieghek, u dawl fil-moghdija tieghi” (Salm 119,105)
Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk Missierna iwensuna.
Pauline Darmanin ofs.