NERSQU EQREB LEJN IL-MILIED
Qed nersqu eqreb u eqreb lejn l-Milied u forsi ħafna minna diġà nqbadna fl-attivitajiet impenjattivi ta’ din il-festa. Imma l-Avvent huwa żmien ta’ stennija, ta’ kalma, ta’ żmien fejn irridu nitgħallmu “nafdaw fil-ħidma bil-mod t’Alla” (Teilhard de Chardin). Infatti, l-Avvent imur kontra l-kultura ta’ llum: kultura mgħaġġla, kultura li ma tafx tinstenna – nixtiequ kollox Issa, ‘instant gratification’, nixtiequ naqbżu l-istadji intermedji, anki fil-ħajja spirituali tagħna.

Diġà qegħdin f’nofs l-Avvent, dan l-istaġun mill-isbaħ għalina biex nieqfu u nirriflettu fuq dak li qed infittxu u fit-tifssira vera tal-Avvent. Fid-dlam tad-dinja maqsuma tagħna llum ħafna qed ifittxu paċi, tama, imħabba, fehim u tifsira fil-ħajja tagħhom. L-Avvent huwa ż-żmien ta’ riflessjoni, ta’ x’qed tfittex ruħna – ta’ dak li neħtieġu f’ħajjitna. Darba xi ħadd qal:
Kieku l-akbar bżonn tal-bniedem kien l-għerf, Alla kien jibagħtilna għalliem. Kieku l-akbar bżonn tagħna kienet it-teknologija, Alla kien jibagħtilna xjentist. Kieku l-akbar bżonn tagħna kienu l-flus, Alla kien jibagħtilna ekonomista. Imma billi l-akbar bżonn tagħna kienet il-maħfra, Alla bagħtilna feddej. (Ref. Hector Scerri, Il-Ġmiel tal-Fidi Tagħna)
U x’hemm isbaħ mill-ħsieb li Alla tant ħabna li bagħat lil Ibnu stess fid-Dinja biex aħna nkunu nistgħu nersqu lejH! Il-profeta Isaija jgħid, “Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” (Is 63, 19) U Alla hekk għamel! X’inħabba infinita ta’ Alla lejn il-bnedmin! L-umanità kienet ila tistenna dak li kien imwiegħed lilha minn Alla stess – li aħna jkollna sehem mill-istess ħajja Tiegħu.
“L-Iben innifsu hu l-Verb: il-Verb etern iċċekken – iċċeken biżżejjed li joqgħod f’maxtura.
Sar tarbija biex il-kelma nifhmuha aħna. Issa l-Kelma mhux biss tinstemma, mhux biss għandha vuċi, issa għandha wiċċ, wiċċ li nistgħu narawh: il-wiċċ ta Gesu ta’ Nażaret.” (Papa Benedittu XVI, Verbum Domini).
Paċi u Sliem,
Mariella Spiteri Gonzi OFS
0 Comments